Aggustament fil-prezz tal-prodotti taz-zejt
Hekk kif kien specifikat fl-ahhar diskors tal-budget, mill-1 ta’ Jannar ta’ din is-sena qed tithaddem formula sabiex il-prezzijiet tal-prodotti taz-zejt f’Malta jirriflettu c-caqlieq fil-prezz taz-zejt fis-suq internazzjonali. Din il-formula giet applikata ghall-ewwel darba f’April li ghadda u regghet giet appikata ukoll f’Lulju. Issa li dhalna fix-xahar ta’ Ottubru, din il-formula qed terga’ tigi applikata biex tkopri c-caqlieq fil-prezz taz-zejt tul l-ahhar tlett xhur, precizament mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru 2002.
Fuq dawn l-ahhar tlett xhur, il-prezz internazzjonali taz-zejt wera` zieda filwaqt izda, li naqas il-valur tad-dollaru fil-konfront tal-Lira Maltija. Dan ghalhekk naqqas mill-impatt effettiv taz-zieda fil-prezz taz-zejt f’Malta.
Ghalhekk a bazi tal-formula hawn fuq imsemmija (li, kif kien spjegat fil-budget, tinkludi wkoll aggustament bejn il-prezz tal-petrol u dak tad-diesel) u minhabba c-caqlieq fil-prezz internazzjonali taz-zejt tul dawn l-ahhar tlett xhur, il-prezzijiet tal-prodotti taz-zejt f’Malta ser jigu aggustati, b’effett immedjat, kif gej:
Petrol bla comb (unleaded) 36.6c kull litru (l-ammont jinkludi ukoll il-VAT)
Petrol bic-comb (leaded) 9.6c kull litru (l-ammont jinkludi ukoll il-VAT)
EN590 diesel 23.8c kull litru (l-ammont jinkludi ukoll il-VAT)
Pitrolju (kerosene) 12.7c kull litru (l-ammont jinkludi ukoll il-VAT)
Dan ifisser tnaqqis fil-prezz tal-petrol (bla comb u bic-comb) ta’ 0c1 fil-litru u zieda fil-prezz tad-diesel ta’ 0c8 fil-litru u zieda f’dak tal-pitrolju ta’ 0c5 fil-litru.
Other Press Releases:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261926