‘SAHHAHHNA PAJJIZNA BIEX INT TGHIX AHJAR’: L-ANZJANI
Kwalita’ ta’ Hajja Ahjar - Tul hajjitna kollha
L-anzjani f’Malta, il-lum, ghandhom servizzi tas-sahha specjalizzati, facilitajiet domiciljari u ta’ matul il-jum,u servizzi residenzjali godda, serhan il-mohh, kif ukoll attivitajiet edukattivi u kulturali mahsuba apposta ghalihom. L-anzjani qed ikollhom kwalita’ ta’ hajja dejjem toghla.
Waqt harsa lejn il-hidma tal-Gvern tul dawn l-ahhar erba' snin, il-Vici Prim Ministru u Ministru ghall-Politika Socjali, Lawrence Gonzi, qal li "il-gid, id-demokrazija u l-liberta' li qed ingawdu f'Malta l-lum inkisbu biss bl-impenn, is-sagrificcji, u x-xoghol iebes ta' dawk li l-lum huma anzjani. Ghalhekk, il-Gvern qed jizgura li l-anzjani, li huma fil-qalba tas-socjeta' taghna, jgawdu minn dik il-kwalita' tal-hajja li, grazzi ghad-dedikazzjoni taghhom, illum ghandna". Il-konferenza ta' l-ahbarijiet kienet indirizzata wkoll mill-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Louis Galea, il-Ministru ghas-Sahha, Louis Deguara, kif ukoll mis-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, Antoine Mifsud Bonnici.
Aktar ghajnuna
Ahna hdimna bis-shih biex kemm jista’ jkun l-anzjani jaqtghu x-xewqa taghhom li jibqghu jghixu fi hdan il-familja taghhom u fil-komunita' ta' madwarhom. Biex dan isehh hloqna struttura biex l-anzjani jinghatalhom appogg sahansitra f'darhom stess bis-servizzi tal-Home Help, tal-Handyman Services, tat-Telecare u tal-Meals on Wheels. Fl-istess waqat inghata bidu ghal progett ta’ l-istallazjoni ta’ lifts li permezz tieghu diversi anzjani u persuni b’dizabilita’ sar passobili ghalihom li jkomplu jghixu fil-komunita’. Decizjoni importanti f’dawn it-tlett snin kienet dik li permezz taghha is-servizzi kollha li jinghataw lill-anzjani bdew jigu moghtija wkoll lill-persuni b’dizabilita’.
L-anzjani ghandhom ukoll access ghal numru ta’ day centres fil-lokalita’ taghhom stess. Infethu day centres godda fl-Imtarfa, Bormla, B’Kara, Hal Luqa u San Pawl il-Bahar. Dawn ic-centri jipprovdu lill-anzjani appogg matul il-jum u fl-istess waqt ihalluhom fil-liberta’ li jkomplu jghixu hajja attiva fil-lokalita taghhom stess.
Hsibna wkoll ghal dawk l-anzjani li ma jistghux jghixu fil-komunita’. Fir-residenza ta’ San Vincenz de Paule ghaddej xoghol ta’ bini u immodernizzar biex tkompli toghla il-kwalita’ tal-hajja ta’ l-anzjani li jghixu hemm. Ix-xoghol li ghaddej huwa mahsub biex jkun hemm akkomodazzjoni ghal aktar anzjani f’ambjent isbah, aktar komdu u aktar modern. Is-‘Serenity Wards’ li nfethu f’Marzu tas-sena 2001, b’investiment ta’ Lm2.5 miljun,huma ezempju haj ta kif dan il-gvern qed juri b’mod konkret, l-apprezament ghax-xoghol iebes ta’ l-anzjani tul hajjithom. Progett iehor ta’ bini mill-gdid ta’ wards, u ser jitlesta f’Marzu tas-sena d-diehla, huwa stmat li se jkun jiswa Lm4.5 miljun. Is-swali l-qodma qed ikunu rrangati kif ukoll mibnija mill-gdid. Il-bini huwa mahsub biex ikun hemm access ghal persuni bi problemi ta’ mobilita’. Ir-residenza ta’ San Vincenz de Paule qed tkun mghammra bl-aqwa facilitajiet medici u sanitarji kollha. Qed tinghata wkoll attenzjoni partikulari biex ir-residenti jkollhom spazju bizzejjed biex igawdu l-privatezza li jixirqilhom.
Dawk li jiehdu hsieb l-anzjani fil-familja taghhom stess se jkollhom il-facilita' li jiehdu granet ta' mistrieh (respite) billi l-anzjani taghhom jinghataw perjodu qasir ta' kura f'San Vincenz de Paule.
Infethet id-far ghall-Anzjani gewwa Bormla filwaqt li l-anzjani li jinsabu fid-djar l-Imtarfa, l-Imsida u l-Furjana ukoll qed igawdu minn titjib f'dawn il-postijiet kif ukoll varjeta' akbar ta' servizzi fosthom ta' fizjoterapija u ta' terapija okkupazzjonali.
Fil-qasam tal-persuni b’dizabilita’ saru qabziet kbar. Ghal l-ewwel darba il-peruni b’dizabilita’ inghataw vuci permezz tal-ligi gdida dwar l-opportunitajiet indaqs. Inbdew wkoll tlett progetti, b’nefqa ttoali ta’ Lm250,000 li ser jipprovdu servizzi residenzjali b’appogg fil-komunita’ ghal persuni b’dizabilita’.
Is-Sahha
Il-Maltin ta’ kull eta’ qed ikunu imhegga biex jibzghu' aktar ghal sahhithom. Il-kwalita’ gholja ta’ kura li qed jircievi l-poplu Malti qed tippermetti li n-nies jghixu kwalita’ ta’ hajja ahjar u aktar fit-tul. B’hekk, it-talba ghall-kura ta’ mard degenerattiv zdiedet konsiderevolment. Il-Gvern hu mpenjat li jsahhah dawk is-servizzi reletati ma’ dan ix-xorta ta’ mard li jolqot lill-anzjani. Zdied in-numru ta’ konsulenti fid-dipartimenti tal-Ortopedia, Oftalmija u Kardjologija. Dan ghandu jghin biex inaqqas l-istennija ghall-operazzjonijiet. Barra minnhekk qeghdin isiru wkoll operazzjonijiet u investigazzjonijiet fil-Hdud u festi.
L-anzjani jistghu ukoll jaghmlu uzu mis-servizzi b’xejn mic-Centri tas-Sahha. Hekk l-anzjani isibu is-servizzi vicin il-komunita’. Zdiedu wkoll medicini godda li jinghataw b’xejn u llum l-anzjani jistghu jigbru l-medicini mic-Centri tas-Sahha mighajr il-htiega li jmorru l-Isptar San Luqa.
Il-Gvern kompla sahhah is-servizzi eccellenti li jinghataw minn Zammit Clapp li jispecjalizza fuq kura u riabilitazzjoni ghall-anzjani. Minhabba l-kwalita’ gholja tas-servizzi offruti minn dan l-isptar it-talbiet minn anzjani ghall-riabilitazzjoni baqghu jizdiedu. Matul l-ahhar sena kien hemm izjed minn 1000 admisssion u aktar minn 800 attendenza fid-Day Hospital.
Hajja ahjar permezz tal-kultura u l-edukazzjoni
Anki l-hin liberu ta’ l-anzjani qed jintela b’varjeta ta’ attivitajiet li qed jigu organizzati ghal ta’ l-apposta. Il-lum l-anzjani qed igawdu kwalita' ta' hajja ahjar permezz ta' programmi kreattivi edukattivi u kulturali li jkunu organizzati ghalihom b'mod regulari. Dan qed isir kemm f'livell ta' Gvern Centrali kif ukoll fuq bazi ta' Kunsilli Lokali. L-attvitajiet jinkludu fost affarijiet ohra, zjajjar kulturali, lunch-time concerts, festivals, u zjajjar ta' interess storiku.
Diversi persuni anzjani qed jaghzlu wkoll li jkomplu bl-edukazzjoni tasghhom fl-Universita' tat-Terza Eta'. F'dawn l-aħħar snin l-Universita tat-Terza Eta' qed tilqa madwar 800 student kull-sena.L-anzjani f'Ghawdex il-lum ghandhom ukoll l-opportunita' li jattendu din l-Universita' f'Ghawdex stess. Hawnhekk l-anzjani, mhux biss jitghallmu aktar, izda qed isirulhom programmi interessanti. Il-Gvern qed jahdem biex jizviluppa u jsahhah l-istrutturi edukattivi tal-pajjiz biex dawn isiru istituzzjonijiet li joffru taghlim tul il-hajja. Bdiet tithejja politika nazzjonali kif ukoll pjan strategiku biex f'pajjiżna noffru kull opportunita lill-poplu biex ikun jista ikompli jitgħallem tul il-ħajja.
Titjib Tangibbli li Jaghmel Differenza
"Ahna tassew nemmnu li dan il-Gvern, meta wettaq titjib f'dawn l-oqsma kollha, qed jizgura li l-kwalita' tal-hajja li l-lum ghandna f'Malta qed titgawda wkoll mill-anzjani, li huma propju l-qalba tas-socjeta' Maltija", ikkonkluda il-Vici Prim Ministru. "Ma nkunx qieghdin nesageraw meta nghidu li l-anzjani qatt ma kellhom hajja daqshekk twila, b'sahhitha, moghnija b'ghadd ta' attivitajiet kulturali, u appoggjata bis-servizzi mehtiega kemm f'dar l-anzjani stess kif ukoll f'residenzi u fi sptarijiet iddedikati apposta ghalihom."
Rapporti dwar il-Ministeri
Rapporti dettaljati dwar il-hidma ta’ kull Ministeru fir-raba’ sena ta’ dan il-Gvern, 2001/2002, jinstabu fuq l-internet fuq www.doi.gov.mt.
Other Press Releases:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261926