Għeluq tal-Libreriji mit-Tnejn, 11 ta’ Frar sat-Tnejn, 18 ta’ Frar 2002
Il-pubbliku huwa mgħarraf li mit-Tnejn, 11 ta’ Frar, sat-Tnejn, 18 ta’ Frar 2002, is-servizz ta’ self ta’ kotba offrut minn dawn il-Libreriji se jkun temporanjament sospiż. Il-Libreriji huma:
Il-Librerija Pubblika Ċentrali fil-Floriana u l-Librerija fi Pjazza San Franġisk fir-Rabat, Għawdex; il-Libreriji Reġjonali ta’ Birkirkara, Luqa, Mosta, Paola u Qormi.
Il-Libreriji Friegħi ta’ Birżebbuga, Mellieħa, Naxxar, San Ġwann, Żebbug, Żejtun, Żurrieq u Nadur (Għawdex).
Ninfurmaw lill-pubbliku illi mil-Libreriji msemmija hawn fuq, il-Friegħi biss se jkunu magħluqa. Il-Librerija Ċentrali u dawk Reġjonali se jibqgħu miftuħa għal servizz ta’ Informazzjoni u Referenza. Il-Libreriji Reġjonali u Friegħi li m’humiex msemmija se jibqgħu miftuħa biex jagħtu s-servizz tagħhom regolarment matul din il-ġimgħa.
Dawn il-miżuri qed jittieħdu biex isir tiġdid tas-servizzi offruti u l-pubbliku jista’ jgawdi aħjar is-servizzi tal-Libreriji billi jkollu aċċess għall-katalgu kollu ta’ dawn il-Libreriji permezz tal-website fuq l-Internet.
Id-Dipartiment tal-Libreriji jiskuża ruħu għal dan l-inkonvenjent u jassigura lill-pubbliku li se jagħmel dak kollu possibbli biex is-servizz jerġa’ jkompli jingħata fl-aqsar żmien possibbli. Il-koperazzjoni tal-pubbliku hija apprezzata.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN