PREMJU 'ANZJAN TAS-SENA' 2002
Nhar it-Tlieta l-ewwel ta' Ottubru huwa l-'JUM DINJI TAL-ANZJANI' kif iddikjarat mill-Gnus Maghquda.
Is-Segretarjat Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali hejja programm ta attivitajiet fosthom din is-serata tal-lejla, fejn wara programm divertenti li fih hadu sehem fost l-ohrajn 'George Curmi' il-Versatile Brass Ensemble, Moda ghall-anzjani minn Ray Ashley, ballroom dancing mill-Imsida Dance Centre, u l-kantanta Ira Losco, ic-chairperson tal-Kumitat tal-Ghazla il-Prof Frederick Fenech qara ir-rapport tieghu u wara habbar ir-rebbiegh tal-Premju Anzjan tas-Sena 2002. Ipprezentaw il-programme Charles Arrigo u Louise Tedesco.
Il-Kumitat tal-Ghazla ta' din is-sena huwa maghmul hekk;-
Frederick Fenech - Chairperson
Ms Grace Attard - membri.
Ms Alice Azzopardi
Mr Joe Dimech
Ms Antoinette Miggiani
Fr Hilary Tagliaferro
Francis Pace - Segretarju
Fid-diskors tieghu Prof Frederick Fenech spjega l-ghanijiet ta' dan il-Premju prestigjuz u kif il-kumitat wasal ghall-ghazla finali tieghu. Huwa ta gieh lit- (22) nominati u lill-anzjani kollha li joffru l-hin u l-kapacitajiet kollha taghhom ghas-servizz tal-ohrajn permezz tal-volontarjat.
Fl-ahhar tas-serata, il-President ta' Malta Prof Guido de Marco qassam certifikati ta' partecipazzjoni kif ukoll tax-xoghol u l-impenn siewi taghhom fis-socjeta Maltija, ghax b'hekk qed ikunu ta' ezempju tajjeb ghall-anzjani ohra.
Ir-rebbiegha tal-edizzjonijiet precedenti huma dawn;-
Mrs Helen Castillo
Mrs Maria Frendo
1995 Fr Joseph Orr SJ
1996 Mr Anthony Schembri
1997 Sister Laura Tanti
1998 -------------
1999 Mrs Lilian Miceli Farrugia
2000 Prof. John Rizzo Naudi.
2001 Dun Angelo Seychell
Ir-rebbiegh tal-Premju ANZJAN TAS-SENA 2002 huwa ANTHONY BORG.
Other Press Releases:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261926