LAQGĦA DWAR IT-TKABBIR U L-IPPRISERVAR TAŻ-ŻEBBUĠ
Il-Unit ta’ l-Extension Service fit-Taqsima tas-Servizzi Agrikoli u Żvilupp Rurali se torganizza laqgħa għall-bdiewa u dawk kollha interessati dwar it-tkabbir taż-żebbuġ, u l-ġbir u l-ippriservar tiegħu.
Din il-laqgħa se ssir nhar il-Ħadd, 6 ta’ Ottubru, fid-9.00 a.m., fil-masġar privat taż-żebbuġ tas-Sur David Debono viċin il-fortizza ta’ San Anard bejn Ħaż-Żabbar u Marsaskala (se jkun hemm sinjali biex juru l-post eżatt).
Il-laqgħa se tinkludi dawra mas-siġar u diskussjoni dwar it-tkabbir taż-żebbuġ kemm tal-mejda u taż-żejt, kif ukoll dwar kif għandu jinġabar u jkun ippriservat iż-żebbuġ. Uffiċjali mit-Taqsima se jwieġbu għall-problemi li jistgħu jitqajmu dwar it-tkabbir taż-żebbuġ, ghażla ta’ varjetajiet u dwar mard tas-siġar taż-żebbuġ.
Fil-laqgħa se jitkellem ukoll il-Ministru għall-Agrikultura u Sajd Ninu Zammit.
Other Press Releases:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261926