Ikomplu l-attivitajiet ghall-Jum Dinji ta’ l-Anzjani
Komplew l-attivitajiet biex jigi mfakkar l-ewwel ta' Ottubru, il-Jum Dinji tal-Anzjani.
Fid-Day Centre taz-Zejtun iltaqghu mijiet ta' anzjani li jattendu c-Centri ta’ matul il-jum tal-gvern taz-Zejtun, Bormla, Luqa, Qormi, u Hamrun, biex flimkien jghaddu serata ta' divertiment.
Waqt diskors qasir li s-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, Dr Antoine Mifsud Bonnici ghamel lill-anzjani, qal li l-iskop ewlieni li ghalih twaqqfu dawn ic-Centri ta’ matul il-jum, qieghed jintlahaq. L-entuzjazmu u l-ferh li juru dawn l-anzjani ghal kull attivita' li ssir ghalihom, kif ukoll l-attendenza taghhom f'dawn ic-centri huwa ta' inkoraggiment kbir ghall-amministrazzjoni.
Permezz ta' dawn ic-centri l-gvern qed jipprovdi servizz iehor fil-komunita' ghall-anzjani, specjalment dawk li jghixu wehidhom u m'ghandhomx qraba jew hbieb. Il-fatt li jattendu gurnata f’dawn ic-centri flimkien, huwa bizzejjed biex inehhu dik ic-certa' solitudini. Is-solitudini hija l-ikar haga li tinkwieta l-anzjani.
Dr Mifsud Bonnici qal li ghandna aktar minn elf anzjan jattendu il-hdax-il centru ta’ matul il-jum f'Malta. Hawnhekk hu fakkar li nhar il-Gimgha, 4 ta' Ottubru, il-Vici Prim Ministru u Ministru ghall-Politika Socjali l-Onor Dr Lawrence Gonzi ser jinawgura Day Centre gdid f’Birzebbugia. Dr Mifsud Bonnici heggeg biex aktar anzjani jattendu d-Day Centres ghax b'hekk ihossuhom aktar integrati fis-socjeta’ Maltija.
Other Press Releases:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261926