Left arrow Go Back

AKTAR PROGETTI FIR-RESIDENZA SAN VINCENZ DE PAUL

PR1289
Date Icon 24/09/2002

Fir-Residenza San Vincenz de Paul bhalissa ghaddejja hidma kbira ta' xoghol ta' rinnovament kontinwu.

Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, Dr Antoine Mifsud Bonnici, l-bierah inawgura s-Swali 7/8 maghrufa bhala St Francis Wards. Dan wara li sarilhom xoghol estenziv ta' rinnovament, inkluz dawl, ilma nursing call system, air-conditioning. Infetah ufficcju gdid tan-Nursing Officer, saru purtieri godda, kif ukoll Dining Room, Treatment Room u Pantry. Izda, l-akbar bicca xoghol f'dan il-blokk kien ix-xoghol ta’ kostruzzjoni li sar fit-twieqi kollha. It-twieqi saru fuq l-istess mudell tas-Serenity Wards, biex b'hekk jaghtu aktar dawl fis-swali.

Dr Mifsud Bonnici qal li dan kollu juri l-impenn tal-Gvern prezenti sabiex ir-Residenza San Vincenz de Paul toffri l-ahjar servizz, anke f'dak li huwa ambjent fejn jghixu l-anzjani. Huwa semma x-xoghol li qed isir fil-Wards Nisa u Rgiel 1/2 , 3/4. Dan il-progett ambizzjuz jikkonsisti fit-twaqqih totali u rikostruzzjoni mill-gdid fuq tlett sulari. Huwa ttamat li dan il-progett jitlesta sas-sena 2003. Dan il-blokk kollu qed jinbena fuq l-istess mudell tas-Serenity Wards.

F'Novembru 2001, gew inawgurati wkoll il-Wards 5/6 tan-nisa. Hawnhekk ukoll sar xoghol estensiv ta' modernizzar u refurbishment. Infethu wkoll Podology Clinic u Speech Therapy Clinic. Sar ukoll xoghol f’ Ward R.B.1.

Dr Mifsud Bonnici enfasizza li dan ix-xoghol kollu gewwa San Vincenz qed isir ghax post ta' kobor bhal dan, li ilu aktar minn 100 sena li nbena, irid joffri ambjent xieraq lill-anzjani kollha ta' din ir-residenza.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

More Press Releases Right arrow