Left arrow Go Back

ERBA SNIN TA’ HIDMA TAL-GVERN – Sahhahna pajjizna biex INT tghix ahjar

PR1283
Date Icon 21/09/2002

Il-Kap ta’ l-Oppozizzjoni kompla jirrepeti l-hrafa li tul dawn l-ahhar erba snin, il-Gvern Nazzjonalista ma ghamel xejn. Il-fatti jgiddbu dawn l-istqarrijiet tieghu. 

L-iktar haga importanti kienet li tul dawn l-ahhar erba’ snin, b’rizultat ta’ ghadd ta’ inizjattivi tal-Gvern fil-politika socjali, fis-sahha, fl-edukazzjoni u l-kultura, tjiebet il-kwalita tal-hajja tal-familja Maltija.  

L-Awtorita’ tad-Djar harget kwazi disa’ mitt unit ghal-bejgh sussidjat.  Is-sena diehla ser jinbnew maisonettes u appartamenti b’nefqa ta kwazi seba miljun lira. Fl-istess waqt bdew jigu installati lifts fid-djar tal-Gvern. 

Saru progetti kbar bil-ghan li toghla l-kwalita’ tal-hajja ta’ l-anzjani. Infethu djar ta’ l-anzjani godda kif ukoll twaqqfu Day Care Centres fl-Imtarfa, B’Kara, Bormla, Luqa w San Pawl il-Bahar. Fir-Residenza San Vincenz de Paul inbena s-Serenity Ward li gie mghammar bis-servizzi moderni kolha. 

Biex ihejji z-zghazagh ghad-dinja tax-xoghol, il-Gvern holoq il-Kullegg Malti ta l-Arti Xjenza u Teknologija, (MCAST) li jipprovdi kwazi mitt kors differenti, u li fih hemm jistudjaw madwar 1600 student.   

Inholoq ambjent aktar inkoragganti fejn is-settur privat jista’ jkompli johloq l-impjegi. B’hekk, f’dawn l-ahhar erba snin, b’rizultat ta’ 185 progett gdid li gew approvati mill-Korporazzjoni Maltija ta’ l-Izvilupp, ‘il fuq minn 5000 ruh sabu impjieg gdid. Dawn il-progetti raw investiment totali li jlahhaq madwar Lm80 miljun.   

Il-prosperita’ tal-pajjiz titkejjel bil-mod li l-gvern jirnexxilu jilhaq il-miri tieghu. Waqt li erba snin ilu, l-izbilanc kien jlahhaq 12% tal-Prodott Gross Domestiku, sa’ l-ahhar tas-sena 2002, dan l-izbilanc ser ikun nizel ghal 4.6% tal Prodott Gross Domestiku. Il-Gvern ser jibqa impennjat biex jzid l-attivita’ ekonomika u jnaqqas dan l-izbilanc biex  id-dejn jinzel aktar.  

Fil-glieda kontra l-kriminalita’, il-Gvern sahhah il-Korp tal-Pulizija, holoq is-Servizz tas-Sigurta, kabbar bil-kbir in-nefqa fil-hidma kontra d-droga u holoq ambjent li joffri sigurta akbar ghal kulhadd f’dawn il-Gzejjer. Responsabbilta’ akbar ghaddiet fi-idejn il-Kunsilli Lokali u aktar decizjonijiet li jaffetwaw il-lokalitajiet qed jittiehdu fil-lokalita’ stess.   

Il-familji Maltin, li saru japrezzaw il-kumdita  li jkunu f’kuntatt f’kull hin u kullimkien, issa ghandhom varjeta’ shiha ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni li jhabbtuha ma’ l-aqwa fid-dinja. Illum hemm 250,000 telephone cellulari f’Malta. 

Biex kulhadd igawdi kampanja isbah u aktar nadifa il-Gvern nieda programm shih, u effettiv ta’ hidma, ippjannar u zvilupp bil-ghaqal. Iddahhlu kontrolli bil-ghan li jissalvagwardjaw l-ambjent minn tniggis u abbuzi u fl-istess hin, thejja pjan strategiku ta’ waste management li mistenni itejjeb b’mod sostanzjali l-indafa fill-pajjiz.  

Intefqu Lm30 miljun lira fuq it-toroq fl-ahhar erbgha snin. Sar xoghol fuq 20 triq arterjali u ‘l fuq minn 300 triq residenzjali. Numru ta’ lokalitajiet raw titjib b’rizultat ta’ progetti ta’ tisbih. Dan diga sehh f’Tas-Sliema, f’San Giljan, f’Wied il-Ghajn u f’Birzebbuga. 

Il-Gvern inkoraggixxa numru ta’ progetti kbar b’involviment ta’ investiment qawwi mis-settur privat, li jinkludu Il-Kottonera, Tigne’, Manoel Island u l-Valletta Cruise Liner Terminal li bejnithom ser jaraw investiment ta’ madwar Lm160 miljun. Progetti bhal dawn iwasslu ghal aktar opportunitajiet ta’xoghol f’diversi oqsma, kif ukoll jghinu biex tizdied l-attivita’ ekonomika. 

Ghawdex issa saret gzira izjed nadifa w organizzata. Illum, il-vjagg bejn Ghawdex u Malta isir f’iqsar zmien u b’aktar kumdita’, grazzi ghal tliet vapuri godda li nbnew apposta. Il-Gvern investa ukoll fil-mollijiet godda fic-Cirkewwa, u xoghol fil-port ta’ l-Imgarr. Dan ifisser li Ghawdex qed isir aktar accessibli s-sena kollha.    

Dan kollu sar bl-iskop li l-pajjiz ikompli jissahhah, titjieb il-kwalita’ tal-hajja u kullhadd jghix ahjar.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

More Press Releases Right arrow