Left arrow Go Back

DISKORS TA’ L-ONOR. GEORGE PULLICINO, SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU TA’ L-INTERN U L-AMBJENT, WAQT IT-TNEDIJA TAL-CAR FREE DAY – SAN GILJAN - 20.09.2002

PR1273
Date Icon 20/09/2002

Illum huwa fatt maghruf li iktar minn 40% ta’ l-emissjonijiet ta’ gassijiet velenuzi fl-arja li joriginaw mill-mezzi tat-trasport jigu mill-uzu ta’ karozzi privati. Dawn il-gassijiet ihallu effett hazin fuq l-ambjent u jnaqqsu l-kwalità ta’ hajja tar-residenti. Wara s-success li kellha s-sena li ghaddiet l-inizjattiva In Town Without My Car! li fiha ippartecipaw iktar minn 1,500 belt u rahal madwar l-Ewropa, gie deciz li din is-sena l-attivitajiet jitwalu ghal gimgha shiha fl-inizjattiva ta’ European Mobility Week, bil-qofol ta’ l-attivitajiet jintlahaq nhar il-Hadd li gej bil-Car Free Day.

Huwa ta’ sodisfazzjon ghalija li nara li, waqt li s-sena li ghaddiet kien hemm il-partecipazzjoni tal-Belt Valletta biss, din is-sena n-numru ta’ kunsilli li qed jiehdu sehem tela’ ghal tmintax. Dawn huma Attard, Birgu, Birkirkara, Floriana, Iklin, Mellieha, Mosta, Naxxar, Rabat, Safi, San Giljan, San Pawl il-Bahar, Santa Lucija, Santa Venera, Siggiewi, Sliema, Swieqi u l-Belt Valletta. Matul din il-gimgha digà kien hemm ghadd ta’ kunsilli li organizzaw attivitajiet relatati mal-mobilità.

Jumejn ilu kont Santa Lucija fejn il-Kunsill organizza fun run bir-roti madwar il-lokalità. In-numru kbir ta’ partecipanti juri li anki l-pubbliku huwa konxju mill-problemi li johloq it-traffiku u jipprova juza metodi ohra ta’ mobilità. Matul din il-gimgha kien hemm kunsilli ohra li organizzaw tahdidiet dwar il-periklu li johloq it-tniggiz mill-karozzi fuq is-sahha tal-bniedem, waqt li ohrajn organizzaw attivitajiet immirati lejn it-tfal, bhal hargiet u mixjiet u kompetizzjonijiet dwar l-ambjent.

Nhar il-Hadd li gej, f’ghadd ta’ lokalitajiet ser ikunu ghaddejjin diversi attivitajiet popolari f’toroq u pjazez li se jkunu maghluqa ghall-karozzi biex ir-residenti jgawdu ftit hin minghajr it-traffiku. F’Birkirkara ser ikun hemm il-ftuh ufficjali tal-Heritage Route, parati mill-girl guides u scouts, suq ta’ l-artiggjanat u attivitajiet ghat-tfal. Fil-Floriana ser ikun hemm attivitajiet sportivi, waqt li fl-Iklin ser ikun hemm attivitajiet bil-BMX. Fil-Mosta se jkun hemm esebizzjoni bit-tema ‘Xoghol Idejna’, wirja mid-Dipartiment tal- Protezzjoni Civili u tlielaq tar-roti. Fin-Naxxar ser ikun hemm marci mill-baned u tahdidiet dwar is-sahha, l-ambjent u dwar l-ghazla ta’ l-iskart fid-dar. Il-kunsill ser jorganizza ukoll kompetizzjonijiet ta’ tpingija ghat-tfal. Matul l-attivitajiet ser ikun hemm prezenti animators. Fir-Rabat ser ikun hemm wirjiet mill-Astronomical Society.

F’San Giljan, l-attivitajiet ser ikunu fil-ghaxija b’marci bil-baned. F’Santa Venera se jkun hemm loghob tradizzjonali ghat-tfal. Loghob bhal harba, erba’ kantunieri, noli, li konna nilghabu fit-toroq meta konna tfal illum ftit li xejn jistghu jintlaghbu minhabba l-kwantità kbira ta’ karozzi fit-toroq. It-tfal ta’ Santa Venera ser ikollhom l-opportunità li jilghabu dan il-loghob f’atmosfera minghajr periklu. F’Tas-Sliema il-lejla ser tigi organizzata pedestrian treasure hunt waqt li nhar il-Hadd ser ikun hemm programm ta’ abseiling, tigrijiet ta’ roti u esibizzjoni ta’ skateboards.

Zewg banek ewlenin f’Malta ukoll iddecidew li jippartepicaw fil-European Mobility Week. Il-Bank of Valletta ta’ struzzjonijiet lill-managers fil-branches biex jigi zgurat li l-uzu ta’ karozzi privati mill-impjegati tul din il-gimgha jitnaqqas b’50%. L-HSBC ser jaghmel lotterija fost l-impjegati li tul din il-gimgha juru li jkunu uzaw it-trasport pubbliku. F’hafna mil-lokalitajiet it-trasport pubbliku se jibqa’ jahdem normali waqt li fil-Floriana, Ta’ Sliema u l-Mosta ser ikun hemm tibdil zghir. Hawnhekk nixtieq nirringrazzja lill-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta u l-Assocjazzjoni tat-Trasport Pubbliku ghall-koperazzjoni taghhom.

Nhar il-Hadd li gej f’hafna mill-lokalitajiet li ser jippartecipaw fil-Car Free Day se jkunu esebiti karozzi li jahdmu bl-elettriku biss. Inizjattivi bhal Car Free Day iservu biex titqajjem il-kuxjenza dwar il-hsara li l-metodi ta’ mobilità li qed nuzaw jaghmlu lill-ambjent u lill-kwalità tal-hajja taghna. Jghinu wkoll biex jenfasizzaw l-impenn tal-gvern centrali u ta’ kunsilli lokali ghal policies iktar sostenibbli ta’ trasport. Nawgura success lill-Kunsilli Lokali li qed jorganizzaw dawn l-attivitajiet u nappella lill-pubbliku biex jattendi ghalihom.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

More Press Releases Right arrow