Kampanja ta’ Tilqim Kontra l-Influwenza
Id-Dipartiment tal-Kura Primarja jixtieq javza lill-pubbliku li l-vaccin kontra l-influwenza issa wasal u dawk kollha li huma ntitolati ghal dan il-vaccin minghajr hlas issa jistghu jmorru jitlaqqmu fid-diversi Centri tas-Sahha mit 23 ta Settembru. Il-hinijiet u l-granet tat-tilqim ser ikunu:
- Mic-Centri tas-Sahha tal-Furjana, Paola, Mosta, Gzira, Qormi, Cospicua u Rabat, mit-Tnejn sal-Gimgha, bejn 10.00am u nofs in-nhar u nhar ta’ Sibt, bejn 9.00am u 11.00am.
- Mic-Centru ta’ B’Kara, mit-Tnejn sal-Gimgha, bejn 8.00am u 11.00am.
- Ghar-residenti Ghawdxin, mic-Centru tas-Sahha ta’ Victoria mit-Tnejn sal-Gimgha, bejn 8.00am u 11.00am
Id-Dipartiment jirrakkomanda li l-vaccin ghandu jittiehed minn:
- Persuni li huma rikoverati jew li jghixu f’istituzzjonijiet
- Persuni li ghandhom aktar minn 65 sena
- Persuni li jahdmu fil-qasam tas-sahha
- Persuni ta’ kull eta’ li jbatu minn: mard kroniku tal-Pulmun, mard kroniku tal-Qalb, mard kroniku tal-Fwied, mard kroniku tal-Kliewi, Azma kronika, Dijabete u Immunodeficenza
Dawk il-persuni li huma inkluzi f’xi wahda minn dawn il-kategoriji huma intitolati li jiehdu il-vaccin minghajr hlas fic-Centru tas-Sahha taghhom.
Il-pubbliku huwa mitlub jikkopera mad-Dipartiment billi jmur ghat-tilqim fil-hinijiet imsemmija, jiehdu maghhom il-Karta ta’ l-Identità, u f’kaz ta’ persuni li ghandhom inqas minn 65 sena u jbatu mill-mard kroniku msemmi, jiehdu ukoll certifikat ta’ evidenza li qed ibatu minn dan il-mard.
Other Press Releases:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261926