Il-Ġenituri u l-Iskejjel
F'konferenza tal-membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Ġenituri (EPA) f'Bilboa, Spanja, l-Assoċjazzjoni Kunsilli ta' l-iSkejjel (AKS) saret membru sħiħ tal-EPA. Flimkien l-assoċjazzjonijiet membri tal-EPA qed iniedu programm ta' attivitajiet li jwasslu għall-ġurnata Ewropea tal-Ġenituri u l-Iskola, li se ssir fit-8 ta' Ottubru 2002.
L-EPA iddikjarat it-8 ta' Ottubru bħala il-"Jum Ewropew tal-Ġenituri u l-Iskejjel" bl-iskop li l-ġenituri u l-għalliema jagħrfu dejjem aktar il-ħtieġa li jaħdmu flimkien għall-ġid tat-tfal. F'dan l-ewwel Jum Ewropew tal-Ġenituri u l-Iskejjel, l-edukaturi u l-ġenituri għandhom jirriflettu fuq ħidmithom favur l-Iżvilupp shih ta' uliedna.
Il-Kumitat Organizzattiv immexxi mill-Office of Review fi ħdan il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u li jinkludi d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, l-AKS, l-MUT, l-Assoċjazzjoni Ġenituri Skejjel tal-Knisja, l-iSkejjel Speċjali, il-Focus Group "Parental Involvement and Schools as Community Centres", il-Focus Group "Democracy in Schools" u l-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi, qed jorganizzaw numru ta' attivitajiet fuq skala nazzjonali, filwaqt li kull skola se tkun qed torganizza attivita' fil-komunita' lokali.
F'dawn il-ġranet il-Kumitat Organizzattiv qed iqassam materjal informattiv dwar l-attivitajiet li se jiġu organizzati kif ukoll posters uffiċjali tal-EPA dwar il-"Jum Ewropew tal-Ġenituri u l-Iskejjel". Ta' min wieħed jinnota li fil-Poster uffiċjali li ħarġet l-EPA il-"European Day of Parents and School" ġiet tradotta fl-ilsna kollha tal-pajjiżi li qed jipparteċipaw inkluż bil-Malti.
Other Press Releases:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261926