TIFKIRIET MILL-PASSAT FUQ L-INTERNET
Id-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni qiegħed iniedi sensiela ta’ produzzjonijiet dwar tifkiriet tal-passat fuq il-website tiegħu: www.doi.gov.mt
L-ewwel preżentazzjoni f’din is-sensiela intitolata Flashbacks from Malta’s Past, tfakkar iċ-Ċelebrazzjonijiet ta’ l-għoti ta’ l-Indipendenza li kienu saru fl-1964, f’għeluq it-38 anniversarju li ser nikkommemoraw fi tmiem din il-ġimgħa. Għal din il-produzzjoni intużaw ritratti, audio-recordings u dokumenti oħra li jinsabu fl-arkivji tad-DOI.
Fil-preżentazzjoni jinstema’ Dr. Gorg Borg Olivier qed jieħu l-ġurament tal-ħatra bħala l-ewwel Prim Ministru ta’ Malta Indipendenti, kif ukoll waqt id-diskorsi tiegħu fl-Arena ta’ l-Indipendenza u fil-ftuħ tal-Parlament. Jinstemgħu ukoll l-Arcisqof Mikiel Gonzi jaqra l-Messaġġ mibgħut mill-Papa għall-okkażjoni, u d-Duka ta’ Edinburgh waqt l-għoti ta’ l-Istrumenti Kostituzzjonali, kif ukoll hu u jaqra d-Diskors mit-Tron. Tinstemgħa wkoll narrazzjoni minn Charles Arrigo.
Apparti diversi ritratti storiċi li juru l-qofol taċ-ċelebrazzjonijiet, il-produzzjoni tinkludi wkoll it-test sħiħ tad-Diskors mit-Tron, l-Ordni tal-Maestà Tagħha r-Reġina li permezz tagħha ingħatat is-setgħa lid-Duka Irjali jiftaħ il-Parlament moqrija mill-Ispeaker tal-Kamra Paolo Pace, u d-diskors li kien għamel Dr Borg Olivier hekk kif ingħata l-Istrumenti Kostituzzjonali.
Id-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni beħsiebu li għal futur, ikompli jxandar fuq l-Internet, produzzjonijiet oħra dwar ġrajjiet tal-passat.
Other Press Releases:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261926