Left arrow Go Back

MIŻURI GĦAS-SAĦĦA U S-SIGURTA' TAL-ĦADDIEMA

PR124
Date Icon 04/02/2002

"Kollox jindika li l-industrja tal-bini kienet qed tirpilja. Fl-istess waqt kull min jaħdem f'dan is-settur qed isir aktar konxju mis-sigurta' fuq il-post tax-xogħol". Dan intqal mill-Onor. Francis Zammit Dimech, Ministru ghall-Ambjent meta assista ghal Health and Safety Bus Tour, fil-kumpless sportiv tal-Kottonera.

Francis Zammit Dimech qal li dan l-aħħar kien ta ċifri li juru li l-erba' komponenti ewlenin ta' l-industrja tal-bini kienu qed juru riżultati pożittivi.

Francis Zammit Dimech qal li ċ-ċifri li ta għall-perijodu Jannar/Settembru tas-snin 1999/2001 juru li:

  • il-produzzjoni kibret minn Lm24.9 miljun fl-1999 ghal Lm28.0 miljun fl-2001, żieda ta' Lm4 miljun jew 16.1 fil-mija;
  • id-dħul mix-xogħol tela' minn Lm16.8 miljun għal Lm19,3 miljun, żieda ta' Lm2.5 miljun jew 14.9 fil-mija;
  • il-komponent tal-profitti kiber minn Lm8.1 miljun ghal Lm9.5 miljun, żieda ta' Lm1.4 miljun jew 17.3 fil-mija;
  • L-impjiegi żdiedu minn 5,755 f'Diċembru 1998 ghal 6,421 f'Settembru 2001 - żieda ta' 911 jew 16.5 fil-mija.

Il-Ministru għall-Ambjent qal li dawn iċ-ċifri juru biċ-ċar li s-settur tal-kostruzzjoni qed jirpilja. Hu qal li jbassar li kien se jkompli jirpilja din is-sena meta proġetti kapitali ewlenin, bhal dak tal-Kottonera, Manoel Island u Tigne' ikunu żiedu fir-ritmu, ikun qabad sew il-proġett tal-Cruise Passenger Terminal filwaqt li jkompli jiżdied ix-xogħol fis-settur privat.

Francis Zammit Dimech qal li kien inkoraġġanti li s-6,500 ħaddiem li kienu jaħdmu f'dan is-settur kienu qed isiru aktar konxji minn problemi ta' sigurta' fuq il-lant tax-xogħol. Qal li għad baqa' hafna x'isir għaliex mhux kulħadd kien jieħu bis-serjeta' l-miżuri biex ikunu mħarsa s-saħħa u s-sigurta' fil-post tax-xogħol. F'dan ir-rigward, m'hemmx dubju li kellu sehem ewlieni l-Building Industry Consultative Council (BICC) fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent, li kien qiegħed kontinwament iniedi kampanji informattivi dwar is-saħħa u s-sigurta' fuq il-lant tax-xogħol.

Dawn il-kampanji nformattivi qed jiehdu forma ta' diskussjonijiet, preparazzjonijiet u laqgħat informali bejn il-BICC, imprendituri ewlenin fil-qasam tal-kostruzzjoni kif ukoll uffiċjali konnessi mas-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol u anke permezz tas-safety bus concept. Hu qal li l-kunċett tas-safety bus kien jikkonsisti billi jittieħdu filmati tal-ħaddiema waqt ix-xogħol tagħhom u wara l-istess ħaddiema jinġabru biex flimkien jintwerew il-filmat u jiġi spjegat lilhom dak li jkun sar ħażin, halli ma jergghux jigu ripetuti certi zbalji u b'hekk ikunu evitati inċidenti.

Francis Zammit Dimech fakkar li s-Safety Bus Campaign matul is-sena li għaddiet infirxet f'siti governattivi, kif ukoll f'dawk privati. Saru żjarat fuq lantijiet tax-xogħol fil-Qawra, Marsascala, il-belt Valletta u San Ġiljan. Il-Ministru fakkar ukoll fil-konferenza nazzjonali li kienet organizzata b'suċċess dwar is-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol, fejn ħadu sehem diversi esperti f'dan il-qasam. Fil-konferenza ġie eleborat ukoll x'titjib jista' jseħħ fuq il-lant tax-xogħol fil-qasam tal-kostruzzjoni, partikolarment għas-sahha u s-sigurta' tal-haddiema.

Il-Ministru ghall-Ambjent qal li hafna mill-incidenti fuq il-lant tax-xogħol kienu jsehhu minħabba armar ħażin; l-użu ħażin ta' scaffolding; l-użu ħażin jew in-nuqqas ta' manutenzjoni ta' tagħmir elettriku li jista' jinġarr; operazzjonijiet ta' tagħbija u ħatt; it-teknika użata fl-irfigħ, ġarr u ġbid; nuqqas ta' housekeeping; nuqqas ta' fencing u railings adekwati; nuqqas ta' dwal; nuqqas ta' responsabilizazzjoni ta' kull min ikun involut fi proġett; nuqqas ta' materjal ta' first aid u nuqqas ta' tagħlim dwar l-ewwel għajnuna; nuqqas ta' taħrig f'tagħmir mekkaniku; igjene personali mhux sodisfacenti; nuqqas ta' użu ta' ilbies personali protettiv kif ukoll tagħmir personali protettiv; l-użu ħażin ta' sustanzi tossiċi; eżamijiet mediċi mhux adekwati; sinjali ta' sigurta' u l-kontroll ta' hsejjes u vibrazzjoni.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li minhabba incidenti fil-post tax-xoghol il-pajjiz qed jitlef miljuni ta' liri fis-sena. Iżda agħar minn hekk, kienu jweġgħu ħaddiema u f'ċerti każi kien ikun hemm imwiet li mhux biss iġibu niket iżda jaħsdu l-ħajja ta' ħaddiema fil-fjur ta' ħajjithom.

Il-Ministru għall-Ambjent appella lill-ħaddiema kollha biex jagħtu każ aktar tas-sigurta' u tas-saħħa fil-postijiet fejn ikunu jaħdmu. Appellalhom biex jilbsu l-ilbies protettiv mhux għax ikun impost fuqhom iżda għaliex jemmnu li dan jbiegħed minnhom l-inċidenti.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow