IT-TRADE LICENSING UNIT TIRĊIEVI 867 APPLIKAZZJONI TAN-NEGOZJU F'ERBA' XHUR.
Meta l-proċess tal-ħruġ tal-liċenzji tan-negozju kien taħt ir-responsabbilita' tal-Pulizija, kienet toħroġ statistika kollettiva li tiġbor fiha kull applikazzjoni li tkun daħlet. Dan għaliex kull talba li kienet issir, kienet tiġi trattata bħala applikazzjoni sħiħa. Illum bil-proċess simplifikat tal-ħruġ tal-liċenzji tan-negozju tnaqqsu diversi raġunijiet li għalihom għandhom jintalbu tibdil fil-liċenzja tan-negozju. Dan ifisser li bil-proċess kif ġie simplifikat kien mistenni li jidħlu inqas applikazzjonijiet. Fil-fatt dan ma seħħx u minflok xorta waħda daħlu aktar applikazzjonijiet milli kien mistenni meta tikkompara x'applikazzjonijiet kienu jidħlu għand il-Pulizija u x’liċenzji kienu joħorġu.
Fejn wieħed kellu joqgħod japplika għand il-Pulizija għaliex kien ikun meħtieġ tibdil fuq il-liċenzja tan-negozju, issa għandna ħafna anqas raġunijiet fejn m'għadtx baqgħa bżonn ta' applikazzjoni. Biex nagħti eżempju, illum ma baqax bżonn li wieħed japplika għal liċenzja tan-negozju kull darba li jdaħħal xi biċċa makkinarju ġdida; ma baqax bżonn li wieħed japplika għal liċenzja tan-negozju biex jibqa' miftuħ mill-11 p.m. sas-1.a.m. f’każ ta’ bars u ma għandux iżjed bżonn ta’ applikazzjoni sħiħa meta ssir change of use u jkun ser jibqa' fl-istess katergorija tal-class use tal-MEPA.
Minkejja dan, in-numru ta' applikazzjoniet li daħlu għand it-Trade Licensing Unit minn meta daħlu fis-seħħ ir-Regolamenti l-ġodda, kien ta’ 867 talba għal erbgħa xhur. Dan huwa numru li jindika tajjeb il-moviment u c-ċaqliq li għandna fin-negozju. L-attivita’ kummercjali hija waħda pożittiva u jidher ukoll li s-simplifikazzjoni ta' proċeduri swit biex tkun aktar faċli li iżjed imprendituri jersqu u jagħmlu l-applikazzjoni tagħhom.
Ħarsa lejn l-istatistika turi wkoll li bis-sistema l-ġdida, kull meta ser toħroġ l-istatistika ser ikun possibli li jkollna spjegazzjoni aktar tac-ċaqlieq fin-negozji mill-formuli differenti li fuqhom tista' tkun imressqa t-talba għand il-Trade Licensing Unit. Għalhekk, permezz ta’ din l-istatistika, wieħed ikun jista jifhem aħjar x’ikun qed jiġri fis-suq f’dawk il-katergoriji tan-negozju li t-Trade Licensing Unit hija responsabli li toħroġ il-liċenzja tan-negozju għalihom.
B’ħarsa lejn l-istatistika, wieħed jista’ jinnota li mit-867 talba li daħlu għand it-Trade Licensing Unit minn Mejju sa l-aħħar ta’ Awissu biex ikunu pproċessati, diġa ġew maħruġa 320 liċenzja tan-negozju.
Formola Maħruġa | Tip ta Liċenzji | Applikazzjonijiet | Liċenzji |
A | Applikazzjoni ġdida mingħajr il-permess tal-PA | 8 | 1 |
C | Applikazzjoni ġdida bil-permess tal-PA | 289 | 113 |
H | Street Hawker | 73 | 21 |
I | Market Hawker | 87 | 40 |
- Dan ifisser li applikazzjonijiet għal-liċenzji tan-negozju ġodda daħlu 457 li minnhom diġa ħarġu 175 liċenzja tan-negozju. Dawk il-liċenzji li għadhom ma ħarġux qegħdin ikunu proċessati.
- Fuq il-formola G li permezz tagħha jintalab biex liċenzja tkun kanċellata daħlu 63 applikazzjoni li minnhom 31 diġa ġew proċessati.
- Fuq il-formula D tal-bdil tas-sid tan-negozju, (change of use) daħlu 35 applikazzjoni li minnhom ġew maħruga 6 liċenzji tan-negozju.
- Fuq il-formula O, li hija applikazzjoni għal change of use li ma jkunx jeħtieġ l-approvazzjoni tal-MEPA, daħlu 32 applikazzjoni li minnhom ħarġu 12 il-approvazzjoni.
- Fuq il-formula E li tirrigwarda ċ-ċaqliq fis-sidien tan-negozju (transfer of ownership) daħlu 159 applikazzjoni li minnhom ħarġu 30 liċenzja.
- Formola F li tirrigwarda ċ-ċaqliq fis-sidien f’każ ta’ mewt, (transfer by inheritance) daħlu 7 applikazzjonijiet li minnhom 2 liċenzji diġa ħarġu.
Il-kumplament ta’ l-istatistika tagħti indikazzjoni rigward il-late night shopping u l-Grocers li applikaw li jiftħu nhar ta’ Ħadd skond l-iskema li hija rregolata mill-liġi.
F’din is-sena għalhekk meta wieħed jikkunsidra n-numru tal-liċenzji tan-negozju li ħarġu minn Mejju ta’ din is-sena, li jammonta għal 320 liċenzja, u dan minghajr ma wieħed jgħodd ukoll x’liċenzji ħarġu Awtoritajiet oħra bħal ma huma l-Awtorita' tat-Turiżmu u l-Awtorita tat-Transport Pubbliku, wieħed għandu jinotta li l-attivita' kummerċjali hija waħda ħajja li għandha l-kuraġġ kollu tħares lejn il-preżent u l-ġejjieni ta’ pajjiżna. Din l-attivita’ hekk qawwija fis-settur tan-negozju ta’ ażjendi ta’ manifattura u bejgħ bl-imnut u servizzi oħra tixhed biċ-ċar li għalkemm dan hu settur daqstant vulnerabbli u miftuħ għal kompetizzjoni, l-ekonomija ta’ pajjiżna fuq livell ġenerali qed tirrendi fiduċja.
Tabelli trade licensing unit…
DOI 12.09.2002
Trade Licensing Unit (TLU) -
May - August 2002 Annex B
The new Trading Licences Act (Cap. 441) and the Trading Licences Regulations 2002 (LN 102 of 2002) came into force on 2 May 2002. The following table provides the statistical data concerning all applications received and processed since 2 May 2002.
Formola Maħruġa | Tip ta Liċenzji | Applikazzjonijiet | Liċenzji |
A | Applikazzjoni ġdida mingħajr il-permess tal-PA | 8 | 1 |
C | Applikazzjoni ġdida bil-permess tal-PA | 289 | 113 |
H | Street Hawker | 73 | 21 |
I | Market Hawker | 87 | 40 |
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN