REĠISTRU ELETTORALI RIVEDUT
Il-Kummissjonarju Elettorali Prinċipali jgħarraf illi d-data ta’ l-eghluq għar- Reġistru Elettorali rivedut, li jmissu jkun ippubblikat f’Ottubru hija t-30 ta’ Settembru, 2002.
Iċ-ċittadini Maltin kollha li għandhom 18-il sena u fuqhom u li isimhom ma jidhirx fir-Reġistru Elettorali ppubblikat f’April 2002, u li għadhom ma applikawx għar-reġistrazzjoni bħala votanti, għandhom japplikaw kemm-il darba jkollhom il-kwalifiki neċessarji. Formoli ta’ l-applikazzjoni jinkisbu mill- Għases tal-Pulizija, mill-Uffiċċji tal-Kunsilli Lokali u mill-Uffiċċju Elettorali.
Huwa fl-interess tal-votanti reġistrati li jivverifikaw li l-partikolaritajiet personali tagħhom kif jidhru fir-Reġistru Elettorali ta’ April 2002 huma korretti. Għandhom ukoll jaraw li l-isem jew in-numru tad-dar, l-isem tat-triq kif ukoll in- numru tal-karta ta’ l-identita’ tagħhom jidhru sewwa fl-imsemmi Reġistru. Il- votanti reġistrati għandhom jgħarrfu lill-Uffiċċju Elettorali b’kull tibdil/korrezzjoni li tkun meħtieġa.
Għall-konvenjenza ta’ dawk li jixtiequ japplikaw għar-reġistrazzjoni bħala votanti jew għal tibdil/korrezzjoni fir-Reġistru Elettorali, l-Uffiċċju Elettorali jkun miftuħ għall-pubbliku mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-8.00 a.m. sa nofsinhar.
L-istess faċilitajiet jingħataw fl-Uffiċċju tal-Karta ta’ l-Identita’ fi Triq ir-Repubblika, ir-Rabat, Għawdex.
L-applikazzjonijiet kollha jistgħu jittieħdu fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali li qiegħed fl-Evans Building, Misraħ Sant’Iermu, l-Belt Valletta, JEW jingħataw lil xi Uffiċjal tal-Pulizija f’xi waħda mill-Għases tal-Pulizija f’Malta u f’Għawdex JEW jintbagħtu lill-Kummissjonarju Elettorali Prinċipali bil-posta, bla ebda ħlas, MHUX AKTAR TARD MIT-30 TA’ SETTEMBRU, 2002.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN