Left arrow Go Back

Tiftaħ Fieramaratona - Ċelebrazzjoni ta' Skolasajf

PR1186
Date Icon 04/09/2002

Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni Louis Galea fetaħ il-Fieramaratona ta' din is-sena li se tibqa miftuħa għall-pubbliku sat-8 ta' Settembru. Il-Fieramaratona hi ċelebrazzjoni tax-xogħol u l-ħiliet tat-tfal li jattendu l-programm ta' Skolasajf matul ix-xhur tas-sajf.

Skolasajf hu programm ta' attivitajiet edukattivi għal studenti mill-iskejjel tal-Knisja, ta' l-Istat u Indipendenti u jsir f'diversi ċentri (skejjel ta' l-istat) madwar Malta u Għawdex. Matul ix-xhur tas-sajf l-istudenti jagħmlu ħafna xogħlijiet kreattivi u interessanti u għalhekk fl-aħħar tal-programm tiġi organizzata l-Fieramaratona bl-iskop li niċċelebraw flimkien il-proġetti kollha mwettqa. Waqt il-Fieramaratona, t-tfal juru t-talenti tagħhom b'mod viżwali u permezz ta' rappreżentazzjonijiet qosra li ser isiru ġewwa t-Teatru Grieg ta' l-Iskola Maria Regina ta' Blata l-Bajda.

Waqt din il-Fieramaratona ikun apprezzat ukoll ix-xogħol li wettqu l-istudenti ta' l-Universita li qed jistudjaw biex jilħqu għalliema. Dawn l-istudenti jaħdmu fil-programm skolasajf waqt il-vaganzi tas-sajf tagħhom biex filwaqt li joffru programm interessanti lill-istudenti jkollhom ċans jipprattikaw dak li jkunu qed jistudjaw waqt is-sena akkademika.

Fil-FieraMaratona jipparteċipaw ukoll b'mod attiv l-istudenti li jattendu l-programm ta' Skolasajf fiċ-Ċentri Speċjali. Iċ-ċentri speċjali infetħu biex fihom jilqgħu l-istudenti b'diżabilita' li matul is-sena jattendu l-iskejjel speċjali. Tfal b'diżabilita' li jattendu l-iskejjel primarji bl-għajnuna tal-faċilitator, setgħu jattendu wkoll skolasajf fl-iskejjel primarji bl-appoġġ tal-facilitator.

Fl-okkażjoni tas-Sena Internazzjonali ta' l-Eko-Turiżmu, kemm il-wirja kif ukoll ir-rappreżentazzjonijiet, huma b'xi mod marbuta ma' l-istess tema. Ta' min iżur u jifli bir-reqqa d-diversi aspetti ta' l-eko-turiżmu li dwarhom u fuqhom ħadmu t-tfal.

Matul il-ħamest ijiem li se tkun miftuħa l-Fieramaratona se jittellgħu programmi interattivi minn:

Klabbsajf: Programm għat-tfal tat-tieni sena tal-primarja li jirċievu edukazzjoni kumplimentarja u li waqt ix-xhur tas-sajf ikollhom programm speċjali biex jingħataw l-appoġġ meħtieġ biex javvanzaw fl-edukazzjoni tagħhom.

Sedqa: L-aġenzija Sedqa qed taħdem mat tfal fuq it-trażżin tal vizzji li nsibu fis-soċjeta' tal-lum. Sedqa għandha programmi għat-tfal biex jibqgħu l-bogħod mid-droga, mill-alkoħol kif ukoll mil-logħob ta' l-ażżard.

Thinking Skills: Programm mibni fuq il-ħsibijiet laterali

MIC/EUPU: Programm ta' tagħrif u informazzjoni dwar il-programmi edukattivi li toffri l-Unjoni Ewropea

Nature Trust: Programm ta' edukazzjoni u apprezzament tan-natura u l-ambjent

Wirt Artna: Programm ta' edukazzjoni u apprezzament tal-wirt kulturali u storiku ta' pajjiżna mill-Fondazzjoni Wirt Artna.

Waqt Skolasajf kienu organizzati żewġ kompetizzjonijiet, waħda dwar l-imħabba għall-annimali u oħra dwar l-ikel bnin. Dawn il-kompetizzjonijiet ġew sponsorizzati mid-ditta Paolo Bonnici Ltd.

Waqt il-Fieramaratona se jsiru wkoll il-finali tal-festivals sportivi "Inħobb Nilgħab". Il-Finali se jsiru nhar il-Ġimgħa, 6 ta' Settembru bejn il-17.30 u s-19.30. F'dawn il-festivals ħadu sehem kważi ċ-ċentri kollha ta' Skolasajf. Fil-Finali se jieħdu sehem iċ-ċentri ta' Ħal Lija, Ħal Safi, l-Isla, l-Mosta u selezzjoni minn Għawdex.

Waqt il-ftuħ tal-Fieramaratona l-Ministru Louis Galea qal li l-programm ta' Skolasajf hu wieħed li intgħoġob ħafna u li mhux talli qed joffri programm interessanti għat tfal, iżda jgħin lill-ġenituri, speċjalment dawk li jaħdmu biex joffrilhom programm għat-tfal tagħhom matul ix-xhur tas-sajf meta ma jkunux l-iskola. Il-Ministru tenna li l-iSkolasajf mhux biss jgħin biex it-tfal jiġu mħarrġa fl-użu tal-ħin b'mod kreattiv Iżda jiżviluppaw il-literacy, n-numeracy u l-computing skills tat-tfal u għahekk hu proċess edukattiv li jkompli jibni fuq dak li jsir matul is-sena skolastika. Il-Ministru qal li hu interessanti wkoll tara l-involviment ta' aġenziji u organizzazjonijiet bħal Sedqa u l-Fondazzjoni Wirt Artna kif ukoll tas-settur privat permezz ta' l-isponsorships li jagħtu.

Il-Ministru temm jgħid li biex issir skolasajf kull sena il-Gvern jalloka fodi konsiderevoli li jlaħħqu l-Lm150,000, dawn il-flus imorru biex jitħallsu l-għalliem u l-istudenti li jipparteċipaw f'dan il-programm kif ukoll biex jinxtraw il-materjali u dak kollhu li hemm bżonn biex isir il-programm. Din is-sena aktar minn 4000 student ta' bejn 7 u 11-il sena attendew l-iSkolasajf f'53 ċentru f'Malta, u 12 f'Għawdex kif ukoll f'tlett ċentri speċjali f'Malta u ċentru f'Għawdex.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow