13-IL ĊENTRU TA’ SKOLASAJF F’GĦAWDEX
Għal darb’ oħra fl-iskejjel ta’ Għawdex fix-xhur tas-Sajf qed tiġi organiżżata SKOLASAJF.
Fost l-iskopijiet ewlenin ta’ SKOLASAJF hemm l-opportunità għal studenti tar-raba’, il-ħames u s-sitt klassi ta’ l-iskejjel primarji ta’ programm ta’ attivitajiet edukattivi u rikreattivi li jagħtu tagħlim informali li jikkumplimenta u jsaħħaħ dak li jkun sar fis-sena skolastika. Għall-ġenituri li jaħdmu, SKOLASAJF hija post adattat għall-kura ta’ wliedhom waqt il-vaganzi tas-sajf.
“Ta’ kull sena, SKOLASAJF qiegħda tkun esperjenza pożittiva li twessa’ t- tagħlim ta’ dwak it-tfal li jipparteċipaw fiha. L-istudenti li jattendu qiegħdin mhux biss jieħdu gost bl-attivitajiet varjati li jiġu offruti, iżda wkoll qiegħdin jirċievu esperjenzi li jistimolaw l-immaġinazzjoni u jkabbru l-kreattività tagħhom." Dan stqarritu l-Ministru għal Għawdex Giovanna Debono, meta xi ġranet ilu żaret xi skejjel fejn bħal issa qiegħdha tiġi offruta SKOLASAJF.
Madwar 3,000 tifel u tifla mil-iskejjel Statali u tal-Knisja qegħdin jipparteċipaw fi SKOLASAJF din is-sena f’Għawdex. Madwar 56 studenti Universitarji u 25 kapijiet/assistenti kapijiet/għalliema huma ko-ordinaturi fl-iskejjel.
Għall-istudenti ta’ l-Univeristà din qiegħdha tkun esperjenza utli u pożittiva.
SKOLASAJF din is-sena hija miftuħa għal tmien ġimgħat. Bdiet fil-15 ta’ Lulju u tagħlaq ftit jiem qabel tibda sena skolastika oħra, fl-10 ta’ Settembru.
Il-programm ta’ ħidma għat-tfal jinkludi sessjonijiet ta’ tpinġija, crafts diversi, żfin, drama, kant u mima, diskussjonijiet, sport u żjajjar f’postijiet kulturali. Qed isiru wkoll taħdidiet u diskussjonijiet dwar l-għożża ta’ l-annimali, anki b’kollaborazzjoni ma’ għaqdiet mhux governattivi bħan-Nature Trust. Attivitajiet oħra qed jiġu organizzati f’kull ċentru minn Sedqa. Sessjonijiet oħra jinkludu taħriġ fit-Thinking Skills u programm edukattiv dwar l-ikel bnin.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN