L-IMPENN SOCJALI LEJN L-ANZJANI U PERSUNI B'DIZABILITÀ
L-Onor. Dr. Antoine Mifsud Bonnici, Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, illum ta aktar taghrif dwar kif dan il-Gvern qieghed iwettaq l-impenn socjali tieghu lejn l-anzjani u l-persuni b'dizabilità. Huwa ghamel dan meta flimkien mal-gurnalisti, zar id-diversi facilitajiet li dan il-Ministeru ghandu fl-Imtarfa, li jinkludu l-Adult Training Centre, Resource Centre, Dar il-Kaptan, Villino Maria - li dalwaqt tkun lesta, id-Dar ta’ l-Anzjani u c-Centru ta' matul il-Jum.
Dr. Mifsud Bonnici enfasizza l-fatt li d-Dipartiment ta’ l-Anzjani u Servizzi fil-Komunità qed jaghmel spejjez kbar kull sena kemm fl-infrastruttura kif ukoll f'tahrig fil-haddiema sabiex jipprovdi s-servizzi fil-komunità li jgawdu minnhom l-anzjani kif ukoll persuni b'dizabilità.
Ic-Centru ta' matul il-Jum tal-Persuni b'dizabilità ta' l-Imtarfa jattendu fih 85 persuna b'dizabilità li jigu minn diversi rhula filwaqt li fir-Resource Centre ta' l-Imtarfa jattendu 16-il persuna b'dizabilità. Dawn il-persuni huma kollha adulti u hafna minnhom kienu jattendu l-iskejjel Specjali tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni.
Is-servizzi ta' matul il-jum ghall-persuni b'dizabilità principalment huma mwaqqfa biex joffru programmi fil-komunità lill-adulti li ghandhom xi dizabilità kemm fizika u/jew mentali. L-iskop principali ta' dawn ic-Centri huwa li l-klijenti jinghataw is-support kollu li ghandhom bzonn biex ikunu jistghu jghixu l-ahjar kwalità ta' hajja possibbli u li jservu wkoll ta' support u respite ghall-familji, qraba jew persuni ohra li jkunu qed jiehdu hsiebhom. Dawn ic-Centri jinsabu l-Imtarfa, Santa Venera, Fleur-de Lys, Hal-Far, Marsascala, u Pembroke; u fihom jattendu madwar 360 persuna. Is-servizzi jinkludu opportunitajiet biex persuni b'dizabilità jibnu relazzjonijiet socjali, ikollhom assistenza personali, servizz ta' occupational therapist, u attivitajiet rikreattivi. Dan is-servizz qed ikun ta' ghajnuna kbira wkoll biex jittaffa x-xoghol mir-Residenza San Vincenz de Paul, Sptar Monte Carmeli, Dar tal-Providenza fis-Siggiewi kif ukoll mill-istess familji taghhom.
Is-Supported Living Division, li twaqqfet f'Awissu 2001, tipprovdi servizz lill persuni b'dizabilità u tghinhom biex kemm jista' jkun jibqghu jghixu indipendenti. Ghal dan il-ghan is-Supported Living Division ghandha 3 progetti jigifieri: Villino Maria fl-Imtarfa, u postijiet fil-Fgura u f’Hal-Kirkop, li bejniethom ser jibbenefikaw madwar 15-il pesuna. Qed isir xoghol ukoll gewwa Vajrita complex f'Marsascala, li ser ikollha 12-il unit ohra.
Dar il-Kaptan qed taqdi funzjoni importanti fil-qasam tad-dizabilità billi qeghda tipprovdi perjodi ta' zmien ta' respite lil diversi persuni b'dizabilità u b'hekk qeghda tkun ta' ghajnuna kbira ghall-familji taghhom.
Dr. Mifsud Bonnici mbaghad kompla jispjega s-servizz li qed jinghata lill-anzjani. Huwa qal illum ghandha sebgha Djar ta’ l-Anzjani tal-Gvern, fejn hemm madwar 500 residenti; kif ukoll 11-il Day Centre fejn jattendu madwar 1000 anzjan minn diversi lokalitajiet. Id-Dar ta’ l-Anzjani ta’ l-Imtarfa issa qeghda tospita 124 persuna peress li ghadha kemm tlestit extension tad-dar f'parti mill-area tad-Day Centre biex hekk zdiedu 5 kmamar fir-residenza.
Dr. Mifsud Bonnici semma wkoll ix-xoghol kontinwu ta' ristrutturazzjoni u modernizzar li qieghed isir f'San Vincenz de Paul. Il-progett ta' bini mill-gdid tal-Wards 1, 2, 3 u 4, kemm tan-nisa u kemm ta’ l-irgiel issa dahal fi stadju avvanzat u huwa ttamat li l-blokk ta’ l-irgiel jitlesta sal-bidu tas-sena d-diehla. Dan il-progett tal-bini ta' dawn iz-zewg blokki qieghed isir fuq l-istess stil tas-Serenity Wards.
Is-Segretarju Parlamentari semma l-izvilupp gdid li d-Dipartiment ta’ l-Anzjani wettaq din is-sena biex izid is-servizzi residenzjali li huwa qed joffri. Minn din is-sena il-Gvern beda japplika fazi ohra tal-Private Public Partnership billi qed jutilizza sodod f'zewg djar ta’ l-anzjani fis-settur privat. B'din l-iskema d-Dipartiment kien f'pozizzjoni li jaqdi aktar minn 70 persuni anzjani li kellhom it-talba taghhom ghad-dhul fi djar residenzjali pendenti.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN