IL-GVERN MALTI QED JASSIGURA L-FUTUR TAD-DELIZZJU TAL-KACCA U L-INSIB
Il-Gvern Malti qed jassigura l-futur tad-delizzju tal-kacca u l-insib fin-negozjati li l-Gvern Malti qed jaghmel mal-Unjoni Ewropea.
Kuntrarjament ghal dak li ntqal, in-negozjati ghadhom mhux maghluqa. Sa llum il-Gvern Malti wasal fi qbil fuq pozizzjoni komuni mal-Kummisjoni Ewropea, liema pozizzjoni issa trid tigi diskussa u approvata mill-pajjizi membri f’Settembru ta’ din is-sena.
Il-pozizzjoni komuni li wasalna sa llum fuqha mal-Kummissjoni Ewropeja tassigura li, ghar-rigward tal-Kacca:
- Il-kacca fir-rebbiegha ghall-gamiem (turtle dove) u ghas-sumien (quail) mill-25 ta’ Marzu sat-21 ta’ Mejju se tibqa.
- L-ghasafar kollha li kienu fuq il-lista tal-kacca fir-regolamenti ta’ Malta ser jinzammu.
- Kull attivita’ ohra tal-kacca prattikata tibqa, inkluz dik tal-kacca fuq il-bahar minn tlett kilometri mill-ixtut.
Il-pozizzjoni ghar-rigward tal-Insib hi:
- In-nassaba kollha (‘l fuq minn 4,500) li kienu licenzjati sal-31 ta’ Lulju 2002, jibqghu jiprattikaw l-insib tradizzjonali ghal seba’ ghasafar tal-ghana, fost ohrajn, minghajr xkiel.
- Qabel ma jinhargu licenzji ohra l-Gvern Malti huwa kommess li jaghmel studju dwar l-insib, liema studju irid isir permezz ta’ kumitat li fih se jippartecipaw anke ir-raprezentanti tal-kaccaturi u n-nassaba.
Il-Gvern Malti fin-negozjati qed ihares l-interessi tal-kaccaturi u nassaba Maltin u l-Ghawdxin filwaqt li jassigura li dan id-delizzju jibqa’ haj u sostenibbli fit-tul. Fuq kollox, il-Gvern Malti qed jassigura li dak kollu li jigi deciz dwar il-kacca u l-insib, jigi deciz mill-Maltin u l-Ghawdxin stess permezz ta’ kumitat maghruf bhala l-Ornis Committee li fih se jigu mistiedna jiehdu sehem il-partijiet kollha nvoluti.
1Sponsun – Chaffinch, Ekru – Siskin, Apparell – Serin, Gojjinn – Linnet, Gardell – Goldfinch, Verdun – Greenfinch, Taz-Zebbug – Hawfinch
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN