Left arrow Go Back

JIBDA PUBLIC SCREENING PROCESS TA’ L-ISKEMA TA’ L-ART AGRIKOLA TAL-GVERN GĦAL GĦAWDEX

PR1113
Date Icon 16/08/2002

Il-pubbliku huwa mgħarraf li mill-1 ta’ Settembru li ġej se jibda Public Screening Process ta’ l-Iskema ta’ l-Art Agrikola tal-Gvern għal Għawdex, fil-Kunsilli Lokali rispettivi. Dan l-eżerċizzju huwa intiż għal-lokalitajiet kollha fil-gżira Għawdxija.

L-Iskema għal Art Agrikola tal-Gvern ġiet mnieda mill-Ministeru ta’ l-Intern f’Awissu 2000. L-iskema tat l-opportunità lil kull min jaħdem art agrikola tal-Gvern (kemm dawk li digà kellhom kirja kif ukoll dawk li ma kellhomx) sabiex japplika biex jingħata kirja ġdida fuq dik l-art u b’hekk igawdi mill-benefiċċji offruti mill-iskema. L-iskema kienet tapplika għall-art agrikola tal-Gvern kollha, inkluża dik amministrata mill-Uffiċċju Konġunt (art li qabel kienet tal-Knisja). Applikazzjonijiet taħt l-iskema ntlaqgħu sat-28 ta’ Frar 2001.

L-Iskema għal Art Agrikola tal-Gvern tipprovdi biex wara l-għeluq tal-applikazzjonijiet isir Public Screening Process (PPS). Dan il-PPS qed jiġi mplimentat b’mod gradwali fi gruppi ta’ lokalitajiet. Il-PPS huwa intenzjonat sabiex jagħti l-opportunità lil kull min hu interessat biex jara, fuq mappa apposta, il-bċejjeċ ta’ art li fuqhom tkun saret xi applikazzjoni u minn min saret. Kull min għandu raġuni valida biex jikkunsidra li l-applikazzjoni ma saritx skond l-iskema, jew li hija falza jew inkella tista’ tippreġudika xi drittijiet tiegħu/tagħha u/jew ta’ terzi, ikun jista’ jagħmel oġġezzjoni fuq formola li ġiet ppreparata għal dan il-għan. Iż-żmien ta’ kull PPS ser ikun ta’ xahrejn f’kull lokalità.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow