Left arrow Go Back

STQARRIJA

PR1037
Date Icon 28/07/2002

Dalghodu f'Had-Dingli Dr Alfred Sant kiser kull limitu ta' dicenza mistenni minn persuna fil-hajja pubblika billi ivvinta malafama mill-aktar gravi kontra l-Prim Ministru. Dr Sant qal li l-Prim Ministru Dr Fenech Adami jkun lest li jdahhal l-abort jekk dan ikun kundizzjoni biex Malta tidhol fl-Unjoni Ewropea. Trid tkun vera tlift kull sens ta' valur meta tasal biex tivvinta minn zniedek qlajja daqstant qarrieqa allavolja tkun taf li mhix vera.

Wara din il-qlajja kull Malti li jghozz id-demokrazija ghandu jhossu inkwetat li l-Kap ta' l-Oppozizzjoni ghamilha bhala l-missjoni ta' hajtu li jkasbar il-verita u kull sens ta' dicenza u l-moralita li fuqhom jinbnew il-hajja pubblika.

Dr Sant jaf li l-Gvern immexxi minn Eddie Fenech Adami f'kull okkazjoni li kellu kemm f'Malta kif ukoll fl-Unjoni Ewropea u fin-Nazzjonijiet Uniti wera li huwa kontra bil-qawwa kollha kontra l-abort. Wara li ricentement il-grupp Socjalista fil-Parlament Ewropew irnexxielu jghaddi dikjarazjoni favur l-abort fit-2 ta' Lulju, il-Gvern Malti f'dokument apposta rega afferma l-pozizzjoni tieghu kontra l-abort.

Il-pozizzjoni tal-Gvern Malti kienet apprezzata minn kullhadd tant li fi stqarrija mahruga fis-6 ta' Lulju, 2002 l-Isqfijiet Maltin innotaw b'sodisfazzjon l-assigurazzjoni tal-Gvern Malti li jkompli juri d-determinazzjoni tieghu li f'kull zmien jirrifjuta l-abort.

Dr Sant jaf li l-Unjoni Ewropea ma ghandha l-ebda ligi ta' l-abort u ma ghandha l-ebda setgha jew interess li timponi l-abort fuq xi pajjiz. Tant hu hekk li l-Irlanda ilha membru ta' l-Unjoni Ewropea ghal iktar minn tletin snin u f'dan il-pajjiz l-abort huwa illegali. Dr Sant jaf li r-rakkomandazzjoni li ghaddew is-Socjalisti shabu favur l-abort ma ghandhiex validita fil-ligi.

Anke l-isqfijiet Ewropej u l-Isqfijiet Maltin f'dawn l-ahhar gimghat hargu stqarrijiet biex juru li l-Unjoni Ewropea ma ghandha l-ebda setgha f'din il-haga u li dak li jiddeciedi l-Parlament Ewropew ma jorbotx. Tant hu hekk li kemm il-Papa personalment kif ukoll l-Isqfijiet Pollakki qed jahdmu bil-miftuh favur li pajjizhom jissieheb fl-UE.

Fuq kollox Dr Sant missu jaf dak li jghid il-Malti, jigifieri li "l-giddieb ghomru qasir"!

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow