Tħejjija għal Influss ta’ Turiżmu f’Għawdex
Bi tħejjija għal influss qawwi ta’ turiżmu fil-jiem popolari ta’ Santa Marija, l-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex dalgħodu ltaqgħet mad-diversi uffiċċjali nkarigati minn servizzi soċjali u infrastrutturali f’Għawdex. Il-laqgħa saret sabiex, anke din is-sena jiġi assigurat li dawn is-servizzi jitħaddmu u jingħataw bl-aktar mod effiċenti possibbli matul is-sena kollha iżda b’mod partikulari fil-jiem li ġejjin meta mistennija li għadd kbir ta’ Maltin u barranin iqattgħu jiem ta’ btala f’Għawdex.
Il-Ministru Debono saħqet li t-turiżmu sew dak barrani kif ukoll dak intern, huwa s-sinsla ta’ l-ekonomija ta’ Għawdex. Huwa d-dmir ta’ kull min hu responsabbli li jiżgura mhux biss li l-gżira tinżamm dejjem b’dehra tajba ta’ organizzazzjoni u ndafa iżda ukoll li s-servizzi kollha jingħataw fil-pront u b’effiċenza. Hija saħqet li s-servizzi li noffru jridu jingħataw kif ikun mixtieq u mistenni minn min jużahom. Irridu naċċertaw li kull min iżur ‘l Għawdex iħossu milqugħ, rispettat u mogħti l-aħjar servizz kif inhu xieraq għaż-żmenijiet tal-lum. Min-naħa tagħhom, l-uffiċċjali nkarigati qalu li fid-dawl ta’ l-influss qawwi mistenni jinsabu lesti sabiex jilqgħu għal kull eventwal li jinqala’.
Sadanittant il-Ministeru għal Għawdex javża li kull min ikollu bżonn servizzi pubbliċi b’emerġenza wara l-ħinijiet tax-xogħol kif ukoll fil-Ħdud u l-Festi Pubbliċi għandu jċempel fuq in-numru tat-telefon 2156 1482, fejn ikun hemm uffiċċjal inkarigat apposta biex jieħu l-passi neċessarji fl-iqsar żmien possibbli.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN