Left arrow Go Back

Restawr tal-Bieb prinċipali tal-Birgu

PR1024
Date Icon 25/07/2002

Meta kien qed izur xoghlijiet ta’ restawr li sar f’Couvre Porte, li huwa l-Bieb principali tal-Birgu, il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura l-Onor. Francis Zammit Dimech qal li ż-żjarat spissi li jagħmel fil-Kottonera jindikaw il-ħidma tal-Gvern favur titjib fit-tliet ibliet. Hu fakkar li fl-aħħar tliet ġimgħat kien għamel żjarat fl-Isla, f’Bormla u llum fil-Birgu fejn segwa xogħlijiet ta’ restawr li qed jitwettqu mill-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera u mill-Unit għar-Restawr, it-tnejn fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-infrastruttura.

Francis Zammit Dimech qal li r-restawr fuq il-Bieb ta’ Couvre Porte kien wieħed arkeoloġiku peress li ma nbidlux ħafna ġebel iżda sar konsolidament ta’ partijiet oriġinali. Hu qal li x-xogħol sar minn ħaddiema fil-Unit għar-Restawr flimkien ma’ żewġ restawraturi Taljani li kienu ħadmu fuq ir-restawr tal-faċċata tal-Knisja ta’ Santa Caterina d’Italia. Francis Zammit Dimech fakkar li x-xogħol kien beda f’Jannar li għadda u spiċċa fil-bidu ta’ Lulju.

Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura qal li l-proġett ta’ restawr tal-Bieb prinċipali tal-Birgu hu parti minn pjan sħiħ ta’ titjib ta’ l-inħawi kollha tad-daħla tal-Birgu. Hu qal li ftit tax-xhur ilu kien inawgurat xogħol ta’ titjib sostanzjali tal-pont u Triq Boffa li sar bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li l-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera ħa ħsieb ukoll li jagħmel titjib fil-Foss. Hu qal li kienu ingħalqu għadd ta’ kmamar fil-Foss li kienu jintużaw b’mod abbużiv u tnaddfu shelters tal-gwerra. Francis Zammit Dimech fakkar li riċentament tnaddaf ukoll shelter kbir li fih hemm anke generator għad-dawl.

Francis Zammit Dimech qal li wara xogħol ta’ tisbiħ li kien sar fil-belvedere barra Couvre Porte din il-ġimgħa kien se jibda xogħol minn kuntrattur li se jippavimenta l-istess belvedere. Dan il-proġett waħdu hu stmat li jiswa madwar Lm60,000.

Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura qal li l-Proġett għar-Riabiltazzjoni tal-Kottonera flimkien mal-Unit għar-Restawr qiegħed ukoll jissokta bir-restawr tas-swar ħdejn Couvre Porte, il-pavimentar bil-qawwi fi Triq il-Majjistral u xogħol fil-Mużew Marittimu. Hu qal li wara li jgħaddu ż-żewġ festi tal-Birgu se jibda xogħol ta’ restawr ta’ l-istatwa tal-Vitorja f’Misraħ ir-Rebħa. Hu qal li kien qiegħed isir ukoll studju dwar is-siġar fil-foss qabel ma jibda aktar xogħol ta’ titjib li jinkludi l-bini ta’ passaġġi.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li din il-ħidma ma kienitx tkun possibbli mingħajr il-kooperazzjoni li teżisti bejn il-Kunsill Lokali, il-Proġett għar-Riabiliazzjoni tal-Kottonera, il-Unit għar-Restawr u taqsimiet oħra fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura. Il-Ministru Zammit Dimech awgura li din il-kooperazzjoni tkompli tissaħħaħ biex il-Kottonera kollha tiġi riġenerata għas-sodisfazzjon tar-residenti tat-tlett ibliet.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow