IL-PRIM MINISTRU JINAWGURA ZEWG GHASES GODDA FL-IMTARFA U L-IMDINA
Il-Prim Ministru illum inawgura zewg ghases godda fl-Imtarfa u l-Imdina. Il-Prim Ministru zar ukoll il-taqsimiet godda tad-Dipartiment tal-Investigazzjoni Kriminali fil-Kwartieri Generali tal-Pulizija.
Il-Prim Ministru fisser li l-kwalita’ tal-hajja qieghda tkompli titjieb u li dan huwa rifless ukoll fl-ambjent akkoljenti li tlesta fl-ghasses godda tal-Pulizija. Huwa qal li x-xoghol li qed isir, huwa ppjanat, u qed isir biex mhux biss toghla l-kwalita ta’ l-ghassa stess, imma biex jitjieb ukoll il-livell tas-servizz li jinghata lill-pubbliku.
Il-Prim Ministru qal li l-ghases il-godda ghandhom ikunu ezempju haj tat-tibdil fil kultura li qed issehh fejn il-poplu Malti qieghed ikompli jezigi li jinghata servizz dejjem ahjar.
Il-Ministru ta’ l-Intern u l-Ambent Dr Tonio Borg fisser kif l-ghases il-godda, dik ta’ l-Imtarfa u ta’ l-Imdina kienu ezempju ta’ kif il-Gvern Centrali u l-Kunsilli Lokali setghu jahdmu flimkien ghall-gid tal-Komunità.
Huwa fahhar ukoll l-isforz kollettiv tal-membri tal-Korp biex itejbu l-postijiet tax-xoghol li jahdmu fihom, u nnota b’sodisfazzjon li hafna mix-xoghol li qed isir fl-ghases, qed jaghmluh il-Pulizija nfushom.
Il-Ministru Borg fakkar li ghall-progett ta’ refurbishment ta’ l-ghases, li beda aktar kmieni din is-sena, il-gvern ivvota s-somma ta’ Lm180 000, u dawn il-fondi qed jintefqu bl-ahjar mod possibbli.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN