Left arrow Go Back

CISCO REGIONAL ACADEMY TITWAQQAF F’MALTA F’NOFS IX-XAHAR ID-DIEHEL: IMNIEDI STHARRIG FOST 250 KUMPANIJA LOKALI DWAR L-GVERN ELETTRONIKU

PR092
Date Icon 29/01/2002

"Kemm l-ishtarrig li qed inniedu illum, kif ukoll dak li dwaru habbarna rizultati iktar kmieni dan ix-xahar, huma importanti hafna minhabba l-indikazzjonijiet li qed jaghtu lil Gvern fit-tfassil tal-progett tal-Gvern Elettroniku." Dan qalu l-Ministru tal-Gustizzja u Gvern Lokali Austin Gatt meta llum nieda "Government to Business (G2B) e-Government Perceptions Survey". Il-Ministru Gatt spjega li minn dan l-istharrig ser jkollna stampa cara tal-htigijiet tal-qasam kummercjali, li huma differenti minn dawk tac-cittadini ordinarji, kif ukoll li l-ideat li nevolvu jkunu zviluppati madwar il-htigijiet tan-negozji Maltin.

Dan l-istharrig li qed isir mill-MISCO–KPMG gie disinjat mill-istess kumpaniji bil-kollaborazzjoni tal-Management Efficiency Unit, CIMU u l-Ministeru tal-Gustizzja u Gvern Lokali, ser isir madwar 250 negozju li jkopru firxa wiesgha ta’ negozji.

Dr. Gatt fisser li fit-tfassil tal-politika elettronika l-Gvern telaq mill-premessa li l-Gvern ma jafx kollox, izda fl-implimentazzjoni tal-e-Government ridna li dak li nwettqu jkun msejjes fuq il-htigijiet u l-oggettivi kif indikati mill-klijenti fl-istharrig li gie kkumissjonat.

Intant il-Ministru Gatt rrefera ghall-htiega li f’pajjizna jkollna sinergija shiha bejn is-settur privat u l-Gvern. "Kien ghalhekk li fil-Kummissjoni eMalta rajna li jkollna rapprezentanza wiesgha ta’ l-komponenti kollha tas-socjetà", kompla Dr. Gatt. F’dan il-pajjiz hawn industrija qawwija u l-gvern qed jaghmel minn kollox biex is-settur tal-ICT f’pajjizna jkun partecipi fl-izvilupp li qed naghmlu. Ghaldaqstant, is-servizzi kollha tal-Gvern ser jigu outsourced lis-settur privat, bil-Gvern permezz tac-CIMU jkun qed jara li s-servizzi li ser isiru jkunu kollha skond l-istandards necessarji. B’dan il-pass, il-Gvern rid jibghat sinjal ta’ inkoraggiment lill-industrija Maltija.

Dr. Gatt sahaq li l-Gvern jemmen fil-Maltin, u dan il-pajjiz ghamel l-avvanzi li ghamel ghax ilkoll kemm ahna ghandna fiducja fil-kapacitajiet u l-hiliet tal-Maltin. Il-Ministru Gatt fisser li "B’dan f’mohhna, bi shab ma’ privat, ix-xahar id-diehel f’Malta ser inwaqqfu CISCO Regional Accademy". Din l-inizjattiva li qed isir b’investiment bejn il-Gvern u l-privat ghandha twassal biex f’pajjizna jkollna Cisco Certified Network Engineers.

Dr. Gatt indirizza wkoll lill-mexxejja tat-tliet korpi kostitwiti prezenti, GRTU, FOI u Chamber of Commerce, u fisser li jekk mhux ser ninghaqdu lkoll flimkien biex f’pajjizna s-settur kummercjali jibda jisfrutta l-vantaggi tal-e-commerce ma naslux. Il-Ministru Gatt fisser li l-importanza tal-holqien ta’ e-Market Place f’ Malta tikber jekk nibdew inharsu lil hinn minn xtutna. Nemmnu li permezz ta’ l-elettronika nistghu nkomplu nibnu struttura qawwija li tghin lin-negozjanti Maltin jippenetraw is-suq tal-Afrika ta’ Fuq.

"Ghaldaqstant irridu nqajjmu l-kuxjenza necessarja biex kulhadd jirrejalizza li l-ICT hija parti essenzjali mit-triq li ghandu quddiemu pajjizna", kompla Dr. Gatt "u inevitabilment rridu lkoll nidhlu ghaliha, nilqghu l-isfida u nibdluha f’opportunità ghall-gid ta’ pajjizna" temm jghid.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow