Left arrow Go Back

ID-DAY CENTRE TAZ-ZEJTUN JGHALAQ 7 SNIN

PR088
Date Icon 28/01/2002

"L-ahjar post ghal persuna anzjana hu li tibqa' tghix f'darha stess". Hekk qal is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali Dr Antoine Mifsud Bonnici, fid-diskors tieghu lill-anzjani waqt attivita socjali biex ifakkru is-7 sena mill-ftuh tad-Day Centre taz-Zejtun.

Huwa kompla jghid li bil-partecipazzjoni attiva taghhom fil-hajja socjali ta’ kuljum, u bl-esperjenzi li ghaddew minnhom, kif ukoll l-integrazzjoni shiha taghhom fis-socjeta, l-anzjani ghad baqalhom hafna x’joffru lis-socjeta’ Maltija. F’Jannar 1995, il-Gvern fetah dan l-ewwel Day Centre ta’ Malta, u llum ghandna hdax: Zejtun, Bormla, Qormi, Luqa, Birkirkara, Hamrun, Dingli, Mtarfa, San Pawl il-Bahar, Zurrieq, u Sliema; fejn madwar 1000 anzjani jiltaqghu ta’ kuljum.

Dr. Mifsud Bonnici fahhar dawn l-inizjattivi u qal li meta d-Day Centres ikunu mmexxija u mmotivati tajjeb, l-anzjani nfushom jippartecipaw u jkunu kuntenti hafna li qed jattendu dawn id-Day Centres. Huwa rringrazzja lil kull min ta sehemhu biex din l-attivita’ tkun success.

L-attivita’ li saret illum fid-Day Centre taz-Zejtun turi bic-car li l-ghan li ghalih il-Gvern prezenti fetah dawn il-hdax-il Day Centres madwar Malta qed jintlahaq. L-impenn u l-entuzjazmu tal-anzjani deher meta huma stess kienu l-protagonisti fil-"fashion show", b’ mudellar ta’ hwejjeg ipprovduti mid-ditta "Touch of Class". L-anzjani gew pprovduti wkoll "b’hairdressing" u "Beauty therapists" minn "Carmen Carbonaro School of Hairdressing and Beaty Therapy". F’din l-attivita’ kien hemm ukoll Ballroom Dancing minn S. Busuttil.

Dr Mifsud Bonnici temm id-diskors tieghu billi fakkar illi dan is-servizz tad-Day Centres, kif ukoll is-servizzi l-ohra offruti mill-Gvern lill-anzjani fil-komunita' - servizzi bhal home-help, telecare, Handyman, Meals on wheels, Inkontinenza, sussidju fuq it-telefon, Domiciliary nursing - kollha qed jghinu sabiex l-anzjani jibqghu jghixu hajja aktar independenti u ma jkunx hemm ghalfejn jigu istituzzjonalizzati.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow