Left arrow Go Back

Ikompli jonqos l-ammont ta’ kawzi pendenti fil-Qorti

PR081
Date Icon 25/01/2002

Meta kien qed jindirizza cerimonja li fiha gew ipprezentati l-Warrants lil 86 Avukati u 3 Prokuraturi Legali godda, l-Ministru tal-Gustizzja u Gvern Lokali Austin Gatt irrefera ghall-istatistika ta’ kawzi pendenti li hemm quddiem il-qrati civili, u l-ewwel indikazzjonijiet ghas-sena 2001 huma li l-backlog ta’ kawzi pendenti rega’ naqas bi 15%.

"Prattikament mill-1998, l-ammont ta’ kawzi pendenti naqas b`20%".

Meta rrefera ghal kemm ilhom pendenti l-kawzi, jirrizulta li 20% tal-kawzi ilhom pendenti inqas minn sena, 32% ilhom pendenti bejn sena u tliet snin, filwaqt li 20% ilhom pendenti inqas minn hames snin.

Meta l-Ministru rrefera ghall-Qrati Kriminali, huwa qal li l-ammont ta’ kawzi pendenti naqas b’37%, filwaqt li l-kawzi quddiem il-Qorti tal-Magistrati naqsu b’20%. Il-Ministru Gatt attribwixxa dan is-success ghall-istrategija tal-Gvern u r-riformi amministrattivi li qed isiru fil-Qrati.

Huwa fahhar u rringrazja wkoll lill-Gudikatura li minghajr l-impenn u l-koperazzjoni taghha, dawn ir-rizultati ma kienux ikunu possibbli.

Dr. Gatt tkellem ukoll dwar ir-riformi li jridu jsiru din is-sena. Dawn ir-riformi jinkludu riforma fit-thaddim tal-mandati u tan-notifiki, kif ukoll riforma fit-thaddim tas-sistema tal-Master, li ghandha twassal biex kull kawza tibda tinstema fil-hin.

Dr. Gatt stieden lill-Avukati l-godda biex izommu lill-klijenti taghhom fl-ewwel post tal-prioritajiet taghhom. Sadanittant, il-Ministru Gatt irringrazzja pubblikament lill-ex Prim Imhallef Joseph Said Pullicino, ghas-servizz li ta fil-karriera tieghu.

Waqt din ic-cerimonja, tkellem ukoll l-Prim Imhallef Noel Arrigo u Dr. Joe Azzopardi - President tal-Kamra tal-Avukati, fejn enfasizzaw fuq l-etika li tirrikjedi din il-professjoni.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow