Left arrow Go Back

Il-Perit Mugliett jattendi laqgha fil-Marokk dwar id-Doping fl-iSports

PR064
Date Icon 23/01/2002

Matul dawn il-jiem Ministri responsabbli mill-Isports, membri tal-Unjoni Ewropea, iltaqghu ma` Ministri mill-Mediterran, sabiex jiddiskutu modi kif ser jissieltu l-problema tad-Doping fl-iSports. Dan is-Seminar qed ikun organizzat f’Marakesch fil-Marokk bit-tema: What partnership to combat doping?

Is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-isports, il-Perit Jesmond Mugliett qed jattendi dan is-Seminar fejn ser jiltaqa` ma` persuni fil-politika kompetenti f`dan il-qasam, kif ukoll ma` esperti li gejjin minn aktar minn tletin stat differenti madwar id-dinja. Ghal dan is-seminar qed jattendu wkoll ufficjali internazzjonali gholja minn ghadd ta` pajjizi.

L-ghan ta` din il-konferenza huwa:

  1. sabiex jissahhah id-djalogu Euro-Mediterranju fil-qasam ta` l-anti-doping, fl-istess kuntest u spirtu tal-Process ta` Barcellona;
  2. sabiex tinholoq klima internazzjonali xierqa biex tiffacilita` mizuri nazzjonali tal-anti-doping; u
  3. biex jikkontribwixxu ghall-holqien ta` Agenzija Dinjija fuq l-anti-doping.

Is-sehem tal-Perit Jesmond Mugliett f`dan is-Seminar ser jghin biex jissahhu r-relazzjonijiet ma` pajjizi Ewropej u Mediterranji specjalment qabel ma` Malta tissieheb fl-Unjoni Ewropea. Il-Perit Mugliett jemmen li "dan is-seminar ser ikun ta` beneficcju wkoll minhabba l-formulazjoni tal-Ligi ta’ l-iSport li ser tkun ipprezentata dalwaqt".

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow