Left arrow Go Back

Diskors MILL-ONOR. DR. LOUIS GALEA, MINISTRU TA’ L-EDUKAZZJONI, FL-OKKAZJONI TAT-TWAQQIF TA’ "The Malta Association for the CouNselling Profession" – L-UNIVERSITA’ TA’ MALTA, TAL-QROQQ

PR051
Date Icon 18/01/2002

Nixtieq nibda dan id-diskors billi nuri l-pjaċir tiegħi li ġejt mistieden nindirizza din l-udjenza; udjenza magħmula minn counsellors li jagħtu servizz tant siewi fis-soċjeta tagħna. Kemm fil-Ministeru preżenti tiegħi u kemm f'dak passat tal-Politika Soċjali, sirt konxju li l-counselling hija professjoni mill-aktar delikata, mill-aktar bżonnjuża fil-ħajja tagħna llum. Il-ħajja kif qed ngħixu llum qed tħalli ċertu effetti fuq il-bniedem, li qed iġegħluh ifittex għajnuna professjonali, ħalli jkun jista' jmexxi s-sitwazzjonijiet tiegħu b'mod aktar effettiv.

Mal-mogħdija taż-żmien qed nindunaw li l-counselling mhux biss kemm tagħti parir; kemm tagħti direzzjoni jew soluzjoni għal xi problema. Fil-passat, forsi dan kien biss l-isforz tad-dilettant! Maż-żmien indunajna li l-counselling, għalkemm professjoni żagħżugħa, hija professjoni li trid preparazzjoni qawwija mill-aspett akkademiku u anki ta' prattika. L-Universita` tagħna f'dawn is-snin offriet korsijiet li wasslu biex jipproduċu nies imrawma sew f'dan il-qasam. Huwa ta' sodisfazzjon kbir għalija bħala Ministru ta' l-Edukazzjoni, li nara numru sostanzjali ta' nies li qegħdin jidħlu f'korsijiet terzjarji; kif ukoll li n-numru ta' counsellors, kemm fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, kif ukoll f'oqsma oħrajn, qiegħed dejjem jiżdied.

L-inizjattiva biex titwaqqaf din l-assocjazzjoni hija waħda ta' kuraġġ. Ngħid kuraġġ, għaliex it-triq 'l quddiem żgur se toffri sfidi kbar. Din l-assoċjazzjoni trid, f'ambjent ta' djalogu, professjonalita` u edukazzjoni, tpoġġi l-counselling fuq il-mappa mal-professjonijiet l-oħra. Mhux kulħadd li jagħti parir huwa counsellor. Hemm bżonn li din l-assoċjazzjoni tgħallimna x'inhu eżattament il-counselling. Il-klijent għandu dritt ikun jaf li l-counsellor għandu jkun persuna kompetenti fil-professjoni.

Bħala Ministru ta' l-Edukazzjoni nagħti l-appoġġ tiegħi għal din l-inizjattiva. Inizjattivi bħal dawn li se jgħinuna ntejbu l-ħajja tan-nies li se naħdmu magħhom, wieħed jifraħ bihom. Nistenna li la darba jkun maħtur kumitat, nisma' bikom. Nistenna li nisma' bikom fil-media, fil-professjoni tagħkom u kif ukoll fl-uffiċċju tiegħi, ħalli flimkien, dak li huwa spjegat fl-Istatut jiġi mwettaq.

Li bniedem tmexxilu ħajtu, aktar qed tgħallqu u tagħmlu piż għas-soċjeta` u għalih innifsu. Bniedem li tgħinu jsib, ifittex triqat oħra minn fejn jista' jgħaddi, ħalli jsib il-paċi u l-kuntentizza, qed ittih il-ġwienaħ biex itir; itir lejn il-liberta`, itir lejn l-kunfidenza fih innifsu u fl-aħħar mill-aħħar itir lejn il-potenzjal li kapaċi jilħaq. Dan huwa r-rigal tagħkom illum għas-soċjeta` Maltija.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow