Left arrow Go Back

OPPORTUNITAJIET LILL-PUBBLIKU BIEX JITGĦALLEM AKTAR DWAR IL-BIEDJA

PR049
Date Icon 18/01/2002

Permezz ta' kors ta' filgħaxija li se jibda fi Frar li ġej fl-Istitut ta' l-Agrikoltura fl-Università ta' Malta u fiċ-Ċentru ta' l-Università f'Għawdex, il-pubbliku qed jingħata opportunità li jitgħallem aktar dwar il-biedja.

Dan qalu l-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd, Ninu Zammit meta dalgħodu ippreżenta ċekk ta' Lm1,000 lill-Professur Anthony Scicluna Spiteri, Kap ta' l-Istitut ta' l-Agrikoltura, bħala sponsorship għall-kors li jwassal għaċ-Ċertifikat fl-Agrikoltura.

Il-kors qed isir bil-kollaborazzjoni tal-Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd u huwa intenzjonat b'mod partikolari għal dawk li huma involuti direttament jew indirettament fil-biedja, dawk li għandhom il-ġnien bħala l-passatemp tagħhom u dawk li huma interessati jitgħallmu aktar dwar il-kampanja jew dwar il-produzzjoni ta' l-ikel. Iċ-ċertifikat hu kunsidrat bħala introduzzjoni għax-Xjenza Agrikola.

Il-Ministru Zammit fakkar li l-Istitut ta' l-Agrikoltura fi ħdan l-Università ta' Malta twaqqaf disa' snin ilu bl-iskop li jiżdied it-tagħlim akkademiku dwar il-biedja, li ssir riċerka fix-xjenzi agrikoli, b'riferenza partikolari għall-ħtiġiet agrikoli Maltin; li jgħin fl-iżvilupp ta' pjani agrikoli nazzjonali u li jipprovdi pariri u servizzi professjonali lill-komunità tal-biedja lokali.

Hu żied li dan l-Istitut laħaq l-għanijiet tiegħu tant li ħafna studenti qed jagħżlu li jsegwu studji akkademiċi f'dan il-qasam. Dawn l-istudji jwasslu għall-ksib ta' Diploma fl-Agrikoltura jew gradi ohra, fosthom M.Sc. fix-Xjenzi Agrikoli u M.Sc. fl-Agrikoltura u fil-Farmaċija Veterinarja.

Hu qal li hi x-xewqa tiegħu li jara li fil-korsijiet li jsiru minn dan l-Istitut tibda tingħata wkoll importanza lill-biedja organika anki fuq bażi prattika, biex b'hekk l-istess Istitut ikun jista' b'mod professjonali jirriċerka dwar il-vijabbiltà u l-mod kif tista' tiżdied il-biedja organika f'pajjiżna. Hu żied li din ir-riċerka tista' ssir flimkien ma' organizzazzjonijiet oħra barra minn Malta li huma f'pożizzjoni li jagħtu pariri siewja dwar dan il-qasam.

Il-Ministru Zammit awgura li jkun hemm ħafna, kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex, li jsegwu l-kors il-ġdid li se jorganizza l-Istitut, ħalli b'hekk mhux biss ikun jista' jinħoloq f'pajjiżna kunċett modern tal-biedja, iżda wkoll nibdew inħarsu lejn il-biedja wkoll b'lenti xjentifika u teknoloġika.

Filwaqt li rringrazzja lill-Ministeru għall-appoġġ dirett li qed jagħti lill-Istitut ta' l-Agrikoltura, il-Professur Scicluna Spiteri semma li diġà bdiet issir xi riċerka mill-Istitut dwar il-biedja organika

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow