Left arrow Go Back

AMBJENT AHJAR PERMEZZ TA' IMPENN KOLLETTIV

PR035
Date Icon 16/01/2002

Bhal kull sena, l-iSchool Arbor Committee, qed jorganizza gimgha ta' attivitajiet bejn l-14 u l-20 ta' Jannar 2002 ddedikata ghas-sigar u l-apprezzament taghhom (Arbor Week). Wahda mill-attivitajiet ewlenin ghal din il-gimgha hi sessjoni ta' thawwil ta' sigar li jkunu tkabbru mit-tfal stess, is-sena ta' qabel. Ghal din l-okkazjoni, il-Ministru ta' l-Edukazzjoni Louis Galea flimkien mas-Segretarju Parlamentari Jesmond Mugliett u l-Ministru ta' l-Agrikoltura Ninu Zammit inghaqdu mat-tfal tal-Junior Lyceum tal-bniet Sir Adrian Dingli f' Pembroke, filwaqt li Ministru ta' l-Ambjent Francis Zammit Dimech inghaqad mat tfal ta' l-iSkola Primarja ta' Marsaskala.

Kull sena l-iSchool Arbor Committee jaghti lil kull student zerriegha, jew frieghi biex jithawwlu u jitkabbru f'sigar zghar. It-tfal jiehdu hsieb dawn ix-xtieli tul is-sena skolastika u f'Gunju dawn ix-xtieli jittiehdu fil-mixtla tal-Gvern f'Wied Incita. Is-sena ta' wara l-istess sigar jithawwlu mill-istudenti li jkunu rabbewhom, madwar Malta u Ghawdex, fil-kampanja u fid-diversi msagar ta madwarna.

Din is-sena qed ikunu organizzati wkoll numru ta' mixjiet fil-kampanja fejn l-istudenti ikunu jistghu japprezzaw is-sbuhija tas-sigar u tan-natura ta' madwarhom u jkollhom esperjenzi prattici fil-harsien ta' l-ambjent. Ghal dawn il-mixjiet ta' tliet sighat qed jippartecipaw mijiet ta' studenti. Il-mixjiet qed isiru fil-Buskett, Bingemma, Wied Ghollieqa u x-Xemxija.

Waqt l-attività fl-iskola Sir Adrian Dingli, il-Ministru Louis Galea qal li l-esperjenza edukattiva ma tistax ma tinkludix aspetti importanti dwar l-ambjent ta' madwarna u ghalhekk jaghmel hafna sens li t-tfal u l-istudenti jkollhom l-opportunità li jkunu partecipi fit-tisbih ta' l-ambjent ta' madwarna, specjalment permezz tat-trobbija u t-thawwil ta' sigar Maltin bhalma huma s-Sigar ta' Guda, il-Harrub, is-Sigar tal-Luq u ohrajn. Il-Ministru tenna li l-Kurrikulu Nazzjonali qed jaghti direzzjoni cara ta' kif l-Edukazzjoni ma tridx tkun biss it-teorija tal-klassi, izda trid tkun esperjenza shiha li fiha tigbor aspetti diversi tal-hajja, u l-ambjent hu wiehed mill-aspetti ewlenin ta' hajjitna.

B'mod prattiku, l-ambjent ta' madwarna jfisser ukoll il-hobzna ta' kuljum ghall-parti l-kbira tal-poplu Malti. Il-Ministru qal li peress li l-ekonomija Maltija tiddependi mit-turizmu, hu essenzjali li kulhadd jaghti sehmu biex il-prodott turistiku Malti, ikun ta' l-oghla kwalità.

Il-Ministru semma x-xoghol siewi li l-Gvern se jkun qed iwettaq matul din is-sena li hi s-Sena Internazzjonali ta' l-Ekoturizmu. Il-Ministru qal li wiehed mill-progetti mahsuba hu r-riabilitazzjoni tal-gonna tal-Buskett, li huma gonna storici li ghandhom il-potenzjal li joffru prodott gdid ghall-qasam turistiku u opportunitajiet ta' rekreazzjoni ghall-Maltin. Il-Ministru sostna li Malta ghandha hafna x'toffri, mhux biss f'xemx u f'bajjiet izda f'wirt ta' l-akbar valur u ambjent uniku.

Il-Ministru qal li ghalkemm jinsab sodisfatt li hawn hafna studenti li huma infurmati tajjeb dwar l-ambjent, dak li hu tajjeb ghall-ambjent u dak li hu ta' dannu, mhux kulhadd japprezza l-importanza u s-sbuhija ta' dak li ghandna madwarna. Wiehed m'ghandux jinsa dak kollu li tghallem dwar l-ambjent ezatt kif jitlaq mill-iskola, izda ghandu juza dak li tghallem biex f'xoghlu u fil-hajja ta' kuljum ikompli jhares u jsebbah l-ambjent.

Il-Ministru tenna li l-ambjent mhux biss ta' l-ambjentalisti, tax-xjenzati, tal-politici jew tat-tfal ta' l-iskola, hu responsabbiltà taghna lkoll, ghaliex wara kollox ilkoll ingawdu minnu. Eco-sistema sana u mimlija sigar, pjanti u hlejjaq ohra mhux biss joffrulna zvog u pjacir meta nohorgu ghal xi gita fil-kampanja, izda huma wkoll il-pulmuni tad-dinja li jipprovdu l-ossignu li jghajjixna kuljum.

Il-Ministru temm ifahhar lill-istudenti u dawk kollha involuti biex jitkabbru u jithawwlu dawn is-sigar u heggeg lill-Maltin kollha biex jiehdu interess f'dan il-qasam biex kemm jista' jkun inhaddru lil pajjizna ghall-generazzjonijiet ta' warajna.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow