Left arrow Go Back

INAWGURAZZJONI TAL-PROĠETT COMENIUS FL-ISKOLA PRIMARJA FILIPPU ZAMMIT TAL-QRENDI

PR030
Date Icon 15/01/2002

Illum, 15 ta' Jannar 2002, fl-Iskola Primarja Filippu Zammit, Qrendi, ġie inawgurat il-proġett Comenius f'din l-iskola. F'dan il-proġett hemm sitt skejjel primarji minn sitt pajjiżi Ewropej, erba' mill-istati membri ta' l-Unjoni Ewropea, i.e. Awstrija, Italja, Svezja u l-Fillandja u, wkoll, żewġ skejjel mill-iskejjel fl-istati kandidati, i.e. Slovenja u Malta. Dawn l-iskejjel kollha ser ikunu matul is-sentejn li ġejjin iwettqu attivitajiet bit-tema "Nbiddlu l-Istran;ġieri fi Ħbieb". It-tfal parteċipanti f'dan il-proġett ser ikunu jistudjaw kif isiru jafu tfal f'pajjiżi oħra li, għall-bidu, jistgħu jidhru li huma stranġieri u jagħmluhom ħbieb. Malli jsiru ħbieb, dawn it-tfal jibqgħu jikkorrispondu bil-posta jew bl-internet ma' tfal f'dawn l-iskejjel f'dawn is-sitt pajjiżi.

Ta' min isemmi li f'dan il-proġett Comenius ser jieħdu sehem ukoll studenti bi bżonnijiet speċjali mill-iskola Helen Keller li qegħda wkoll fl-istess bini ta' l-iskola primarja.

Bħalissa hemm 36 skola primarja u sekondarja Maltija li qed jieħdu sehem fil-programm ta' l-Unjoni Ewropea Comenius. L-interess mill-iskejjel Maltin f'dan il-programm Comenius qed jikber kuljum. Fl-ewwel sena tas-sehem ta' Malta fil-programm Comenius kien hemm sitt skejjel Maltin jieħdu sehem, waqt li fit-tieni sena dan is-sehem ta' l-iskejjel Maltin tela' għal 30 skola.

Is-sehem ta' l-iskejjel Maltin fil-programm Comenius qed ikun ta' fejda kbira għax b'hekk it-tfal Maltin qed jieħdu esperjenza ġdida li għandha tkompli ttejjeb s-servizz edukattiv. L-introduzzjoni ta' l-informazzjoni teknoloġika, speċjalment l-internet u l-e.mail, qed jagħmluha aktar faċli biex Malta tieħu sehem attiv fil-programmi edukattivi ta' l-Unjoni Ewropea speċjalment Comenius.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow