Left arrow Go Back

ĦIDMA BI SĦAB BEJN IL-GVERN U GĦAQDIET VOLONTARJI

PR022
Date Icon 11/01/2002

Waqt li kien qieghed izur xoghlijiet ta' restawr f'Notre Dame Gate fil-Kottonera, il-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech qal li l-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera kellu programm vast ta' xogħlijiet li kien se jwettaq fil-Kottonera matul din is-sena u fost dawn id-diversi progetti ta' riabilitazzjoni, l-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera qed igħin fir-riabilitazzjoni ta' Notre Dame Gate, li kienet waħda mill-aktar mini mportanti fis-sistema ta' difiza tal-Kottonera, filwaqt li kien se jkompli bir-restawr ta' mini storiċi u partijiet mis-swar.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li l-Gvern kien għadda l-Notre Dame Gate lil Fundazzjoni Wirt Artna. Fl-istess waqt il-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent kien qed jirrestawra l-istrutturi tas-soqfa u jiċċanga t-terrazzin fuq il-guardrooms bi spiza ta' Lm16,000. Dan ix-xogħol kien qed isir minn kuntrattur privat taħt id-direzzjoni tal-Perit Herman Bonnici li jaħdem fi ħdan il-Unit għar-Restawr fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent. Hu qal li fir-riabilitazzjoni tas-saqaf kien qed isir minn kollox biex l-istruttura tibqa' kemm jista' jkun bħal dik oriġinali. It-terrazin kien qed jiġi ċċangat bil-franka.

Il-Ministru għall-Ambjent qal li fit-twettiq ta' dan il-proġett hekk importanti ta' restawr u riabilitazzjoni l-Ministeru għall-Ambjent kien qed jaħdem mill-qrib ma' waħda mill-NGOs għaliex kien jemmen li fi sħubija ma' għaqdiet volontarji l-proġetti setgħu mhux biss jitwettqu iżda ssirilhom il-manutenzjoni meħtieġa. Hu qal li mal-Fondazzjoni Wirt Artna l-Gvern kien diġa qed jikkopera fi proġetti oħrajn u semma bħala eżempju l-Fortizza Rinella fejn permezz tal-Unit għar-Restawr sar xogħol, ta' riabilitazzjoni tas-soqfa ta' din il-fortizza storika. Francis Zammit Dimech qal li din il-koperazzjoni kienet importanti għaliex, filwaqt li kien impossibbli li l-Gvern jirriabilita u jirrestawra l-wirt storiku kollu ta' pajjiżna, b'ħidma ma' l-għaqdiet volontarji ix-xogħol seta' jitqassam u hekk ikun hemm aktar x'jitgawda mill-Maltin u l-barranin li jzuruna.

Il-Ministru għall-Ambjent fakkar li fis-snin sebgħin u l-bidu tas-snin tmenin din il-mina kienet ngħatat biex tintuża għal diversi skopijiet li ma kienux kompattibli mal-fortifikazzjonijiet fosthom ħanut ta' mastruduxxa u disco.

Il-Gvern ried li dawn il-fortifikazzjonijiet, li kienu parti importanti mill-istorja millinerja ta' pajjizna, jintuzaw biex insiru nafu aktar dwar l-antenati taghna u biex nippromwovu pajjiżna bħala destinazzjoni turistika ta' storja u wirt kulturali u artistiku.

Francis Zammit Dimech qal li l-proġett għar-restawr ta' Notre Dame Gate kien parti minn progett ambizzjuż mill-Proġett ghar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera biex jirrerstawra l-fortifikazzjonijiet tal-Kottonera. Hu qal li diversi mini fis-sistema ta' fortifikazzjonijiet kienu qed jintużaw bħala irziezet u għal skopijiet li ma jagħmlux ġieħ lill-istorja ta' artna. Francis Zammit Dimech fakkar li l-Gvern kien diġa beda jieħu passi biex dawn il-fortifikazzjonijiet jinġiebu għall-istat oriġinali tagħhom u semma bħala eżempju l-Mina ta' Santa Liena u l-proġett ta' park reġjonali barra s-swar tal-Kottonera fuq in-naħa ta' Ħaż-Żabbar fejn sar u kien għadu qed isir xogħol ta' tindif biex mhux biss jinkixfu s-swar iżda biex dawn l-inħawi jitgawdew minn kulħadd.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech irringrazzja lill-Fondazzjoni Wirt Artna u lill-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera għax-xogħol li kienu qed jagħmlu u awgura li jkun hemm aktar kooperazzjoni bejn l-għaqdiet volontarji u l-Gvern fil-ħidma li qed issir kontinwament biex inħarsu l-wirt storiku ta' pajjiżna.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow