Left arrow Go Back

XOGĦOL TA' RESTAWR F'IMĦAŻEN ANTIKI FIL-MELLIEĦA

PR015
Date Icon 10/01/2002

Waqt li kien qed izur xoghol ta' restawr li qed isir fil-Mellieha, flimkien mal-Ministru ghat-Trasport u Komunikazzjoni Censu Galea, il-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech qal li l-Unit għar-Restawr fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent bħalissa miexi fuq aktar minn 60 proġett ta' restawr ma' Malta kollha. Hu qal li fost dawn il-proġetti kienu qed isiru xogħlijiet ta' restawr fil-Palazz Presidenzjali; fl-Auberge de Baviere, fil-Belt Valletta; l-Ospizio fil-Floriana; il-Batterija ta' Pembroke; it-Torri ta' San Tumas f'Marsascala; il-Mina ta' Santa' Liena, il-Mina tal-Polverista u s-swar ta' Santa Liena f'Bormla; Couvre Porte, il-mina ta' Notre Dame u l-Monasteru ta' Santa Skolastika fil-Birgu; il-mina ta' Sant'Anna fl-Isla u l-proġett tal-fortifikazzjonijiet fl-Imdina.

Francis Zammit Dimech qal li proġett li qed jitwettaq mill-Unit għar-Restawr kien dak tar-restawr ta' l-imħażen taħt is-Santwarju tal-Mellieħa u l-Knisja parrokkjali. Qal li dawn l-imħażen kienu jmorru lura għas-seklu sbatax u kienu jikkonsistu f'seba' kmamar bl-arkati. Il-Ministru għall-Ambjent qal li minħabba l-istat ħażin ħafna ta' partijiet kbar mill-faċċata, il-Unit għar-Restawr fi ħdan id-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni tal-Ministeru għall-Ambjent intalab mill-awtoritajiet tal-Knisja, b'intervent tal-Ministru Censu Galea, jgħin fir-restawr. Wara ħidma preparatorja ħarġu l-offerti u x-xogħol ittieħed mill-kumpannija Sana Casa. Ix-xogħol, li issa wasal biex jitlesta, se jiswa Lm17,000. Francis Zammit Dimech qal li l-Unit tar-Restawr, fil-Mellieħa, wettaq ukoll xogħol ta' restawr f'Westreme Battery u qed igħin lil-Kunsill Lokali f'inizjattivi oħra.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li fil-Ministeru għall-Ambjent jeżistu diversi strutturi li qed jwettqu xogħol ta' restawr fuq il-wirt storiku ta' pajjiżna. Qal li minbarra l-Unit għar-Restawr kien hemm ukoll it-tliet Proġetti għar-Riabiltazzjoni tal-Belt Valletta u l-Floriana, il-Kottonera u l-Imdina. Xogħol ieħor ta' restawr kien jingħata mill-Gvern lil diversi kuntratturi privati li kienu jaħdmu taħt is-superviżjoni ta' periti mill-Unit għar-Restawr.

Il-Ministru għall-Ambjent qal li l-importanza li l-Gvern qed jagħti għar-restawr toħroġ ċara meta wieħed iqis li fl-aħħar tliet snin intefqu f'restawr u riabilitazzjoni ta' bini storiku Lm7 miljun. Tidher ukoll mill-fatt li din is-sena l-Ministeru għall-Ambjent se jonfoq Lm1.2 miljun oħra fi proġetti ta' restawr u riabilitazzjoni.

Francis Zammit Dimech qal li l-Gvern, permezz tal-Ministeru għall-Ambjent, kien qed jagħmel kundizzjoni li fi progetti kapitali li jinvolvu bini storiku tingħata l-akbar importanza għar-restawr. Il-Ministru qal li 

· fil-proġett tal-Kottonera diġà sar xogħol ta' restawr fil-Palazz tal-Kaptan tax-Xwieni li nbidel fil-Casinò di Venezia b'nefqa ta' qrib il-Lm5 miljun. Xogħol ieħor ta' restawr u riabiltazzjoni sar fuq il-ħnejjiet qodma tal-Ħabs, Seagate Vaults u l-imħażen tal-Forti Sant'Anġlu. Se tiġi restawrata ukoll il-faccata ta' Caraffa Stores.

· fil-proġett ta' Manoel Island u l-Ponta ta' Tignè qed isir xogħol ta' restawr f'Forti Manoel, Forti Tignè u Lazzarett li se jiswa Lm5.5 miljun.

· fil-proġett tal-Cruise Passenger Terminal se jsir xogħol ta' restawr fl-Imħażen ta' Pinto u Forni u l-Power Station il-Qadima.

Il-Gvern jemmen li meta bini antik jiġi restawrat u jsir użu minnu, jkun jista' jinżamm fi stat tajjeb ta' manutenzjoni u b'hekk jitgawda aktar u aħjar. Il-Gvern jemmen ukoll li l-wirt storiku ta' pajjiżna għandu jkun imħares u konservat mhux biss għalina, izda wkoll għall-ġenerazzjonijiet futuri.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow