IL-MINISTERU TAS-SAHHA JOGGEZZJONA GHAL MISINFORMAZZJONI MILL- GREENPEACE
Il-Ministeru tas-Saħħa jo''ezzjona għall-istqarrija dwar il-proċedura ta' l-għoti tal-kuntratt għall-impjant biex ji'i distrutt materjal kliniku li għandu ji'i nstallat fl-Isptar San Luqa.
Is-sejħa għat-tender ilha żmien li ħar'et u preżentement qed ti'i evalwata mill-Kumitat tal-Kuntratti fil-Ministeru tal-Finanzi. Il-proċedura qed tieħu fit-tul għaliex 'iet mitluba l-għajnuna ta' esperti internazzjonali li saħansitra 'ew Malta biex jagħtu l-pariri tagħhom.
Huma assolutament bla bażi l-allegazzjonijiet li l-Greenpeace qed tagħmel li l-Ministru tas-Saħħa ippospona l-għoti tal-kuntratt. Il-Ministru tas-Saħħa m'għandu l-ebda kontroll fuq proċeduri ta' l-għoti tal-kuntratti li għalihom hu responsabli biss il-Kumitat tal-Kuntratti fil-Ministeru tal-Finanzi.
Ma hemm l-ebda koinċidenza bejn l-għoti tat-tender u l-proċess ta' konsultazzjoni għall-istrate'ija nazzjonali għall-immani'jar ta' l-iskart li jagħlaq f'Awissu li 'ej. Il-Ministeru ilu li ħass l-ur'enza ta' impjant 'did u ħare' is-sejħa għal kwotazzjonijiet.
Il-Ministeru jafferma li l-Gvern hu determinat li jagħmel użu minn teknolo'ija l-aktar soffistikata u moderna. Mhux hekk biss. Il-Gvern qiegħed jiżgura li l-impjant ikun tali li jista` jin'arr għall-isptar il-'did. Hu fl-interess ta' kulħadd li dan l-impjant ikun f'postu illum qabel għada.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN