MALTA TIKSEB FTEHIM SPECJALI DWAR IC-CAQLIQ HIELES TA' HADDIEMA
Il-process ta' negozjati bejn Malta u l-Unjoni Ewropea llum dahal fi stadju gdid billi Malta rnexxielha tinnegozja arrangament specjali biex tipprotegi l-interessi tac-cittadini Maltin dwar id-dritt ta' cittadini mill-UE biex ifittxu xoghol f'Malta wara shubija. Fl-istess waqt, Malta kisbet id-dritt ghac-cittadini Maltin biex dawn ikunu jistghu jfittxu x-xoghol fl-UE immedjatament mas-shubija.
Dan kollu kien il-qofol tar-rizultati miksuba matul is-seba' laqgha tal-konferenza dwar shubija li saret illum fi Brussels bejn Malta u l-UE, fejn id-delegazzjoni Maltija kienet mmexxija mic-Chairman tal-Grupp Ewlenin ta' Negozjaturi Maltin, is-Sur Richard Cachia Caruana.
Bil-ftehim li sar illum, cittadini Maltin se jkunu jistghu jfittxu x-xoghol fl-UE u fil-pajjizi taz-Zona Ekonomika Ewropea (maghrufa fil-qosor bl-Ingliz bhala EEA) mill-ewwel gurnata li Malta ssir membru ta' l-UE. Mill-banda l-ohra, Malta irriservat id-dritt biex f'kazijiet urgenti u eccezzjonali timponi restrizzjonijiet fuq id-dhul f'Malta ta' haddiema mill-UE f'kaz li dan id-dhul jaffettwa hazin is-suq tax-xoghol f'Malta. F'kazijiet bhal dawn Malta tkun tista' twaqqaf id-dritt ta' cittadini ta' l-UE milli jahdmu f'Malta, jew b'mod generali jew inkella specifikament f'xi settur jew setturi tas-suq tax-xoghol. Din is-salvagwardja tkun tapplika ghal zmien ta' seba' snin. L-UE qablet ukoll li tohrog Dikjarazzjoni bi Shab ma' Malta biex fil-gejjieni, "jekk id-dhul ta' Malta fl-UE jwassal ghal diffikultajiet fejn jidhol ic-caqliq hieles ta' haddiema, il-materja tkun tista' tingieb quddiem l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni biex tinkiseb soluzzjoni ghal din il-problema".
Malta hija l-uniku pajjiz kandidat li talab u kiseb arrangament ta' din il-forma. Mal-pajjizi ta' l-Ewropa Centrali u tal-Lvant, l-UE mponiet perjodu ta' seba' snin tranzizzjoni dwar ic-caqliq hieles ta' haddiema minn dawn il-pajjizi, filwaqt li fil-kaz ta' Cipru, ebda limitazzjoni ma kienet applikata, la fuq naha u lanqas fuq l-ohra.
F'dan il-qasam, ladarba Malta tkun membru, ir-regoli ta' l-UE jaghtu wkoll lil cittadini Maltin drittijiet godda fejn ghandha x'taqsam ir-residenza; l-gharfien f'pajjizi ohra membri tal-kwalifiki Maltin ghal skopijiet professjonali; kif ukoll titjib sinifikanti fid-drittijiet ta' cittadini Maltin ghal beneficcji tas-sigurta’ socjali f'pajjizi ohra ta' l-UE permezz ta' kordinament ta' sistemi tas-sigurta’ socjali bejn il-pajjizi membri ta' l-UE.
L-UE accettat it-talbiet ta' Malta dwar ic-caqliq hieles ta' persuni u Malta ghalhekk setghet taghlaq in-negozjati fuq dan il-qasam matul il-laqgha ta' llum. Illum ukoll, Malta fethet in-negozjati fil-qasam tal-Gustizzja u l-Intern li jittratta kwistjonijiet bhall-kontroll tal-fruntieri, il-hrug ta' visa, l-ghoti ta' kenn lill-barranin u l-glieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalita’.
Fil-konferenza, is-Sur Cachia Caruana laqa' b'sodisfazzjon il-ftehim dwar ic-caqliq hieles ta' persuni. Huwa qal li c-cittadini Maltin se jkunu jistghu jibdew igawdu mid-drittijiet taghhom ta' l-UE immedjatament mas-shubija. Mill-banda l-ohra, il-ftehim jindirizza b’mod shih it-thassib li tqanqal f’Malta li shubija fl-UE tista' twassal ghal influss gholi ta' haddiema mill-UE f'Malta. L-attenzjoni ghal dan it-thassib issarrfet billi kien assigurat li Malta tkun tista' tibqa' tagixxi b'mod effettiv halli tkun tista' ssewwi sitwazzjoni bhal din.
Is-Sur Cachia Caruana qal li l-ftehim dwar din il-kwistjoni kienet "turija li n-negozjati ghal shubija jistghu u jaghtu kas b’mod shih tal-htigijiet u c-cirkustanzi partikulari ta' pajjiz kandidat". Huwa qal li dan il-ftehim wera sew it-tip ta' Unjoni li Malta se tkun qed tissieheb maghha. Huwa sahaq ukoll li fil-process tan-negozjati, soluzzjonijiet godda u kreattivi jistghu jinstabu biex isolvu kwistjonijiet kumplessi.
Is-Sur Cachia Caruana zied jghid li dan ir-rizultat kien "ukoll bl-istess mod ghajn ta' inkuraggiment ghall-bqija tan-negozjati li fihom mistennija li jkunu diskussi kwistjonijiet sensittivi u ta' importanza".
Meta tkellem waqt il-konferenza f'isem il-Presidenza Svediza, l-Ambaxxatur Gunnar Lund fakkar fil-konkluzjonijiet li kien hemm dan l-ahhar fis-Summit ta' Gothenburg li fihom il-mexxejja ta' l-UE sahqu li l-process tat-tkabbir huwa irriversibbli. Is-Summit ikkonferma wkoll li fl-ahhar ta' l-2002 jintemmu n-negozjati u l-mira ta' l-UE hija li pajjizi membri godda jkunu jistghu jiehdu sehem bhala membri fl-elezzjonijiet li jmiss tal-Parlament Ewropew li ghandhom isiru f'Gunju 2004.
Eneko Landaburu, Direttur-Generali ghat-Tkabbir fil-Kummissjoni Ewropea esprima s-sodisfazzjon tieghu ghall-ftehim li sar fil-laqgha ta' llum u qal li Malta issa fethet in-negozjati fl-oqsma kollha hlief fil-biedja u fil-kapitlu dwar l-istituzzjonijiet. Huwa rrefera wkoll ghas-Summit ta' Gothenburg li ta spinta gdida ghall-process il-gdid tat-tkabbir. Huwa qal li issa kien car li l-pajjizi kandidati kollha ghandhom l-opportunita’ li jilhqu lil xulxin biex ikunu jistghu jlestu n-negozjati sa l-ahhar tas-sena ddiehla.
Is-Sur Richard Cachia Caruana kien akkumpanjat mis-Sur Victor Camilleri, l-Ambaxxatur ta' Malta fi Brussels; Dr Simon Busuttil, Kap tac-Centru ta' Informazzjoni Malta-UE; Ms Graziella Pullicino, kordinatrici fis-Segretarjat ghan-Negozjati ma' l-UE; u ghadd ta' ufficjali mill-Ambaxxata Maltija fi Brussels.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN