DISKORS MILL-ONOR. GIOVANNA DEBONO, MINISTRU GHAL GHAWDEX, FL-OKKAZJONI TA’ L-INAWGURAZZJONI TA’ MONUMENT F’GIEH GORG PISANI – BELT VICTORIA, GHAWDEX
E.T. President ta' Malta,
Onor. Prim Ministru,
Onor. Mr. Speaker,
Onor. Kap ta' l-Oppożizzjoni,
Sur Sindku tal-Belt Victoria,
E.T. Isqof t'Għawdex,
Sinjura Pisani,
Mistiedna distinti,
Sinjuri.
Hija okkażjoni verament sabiħa din tal-lejla, l-okkażjoni tal-kxif ta' dan il-monument f'waħda mit-toroq l-aktar iffrekwentati tar-Rabat – monument li jfakkar lill-poeta kbir Għawdxi Ġor' Pisani, monument li qed jitpo''a propju quddiem dik it-tieqa illi minnha Ġor' Pisani kien jitfa' ħarstu fuq id-dinja għaddejja fil-mixja tagħha kwotidjana.
Ġor' Pisani żgur illi hu f'moħħ u f'qalb kull wieħed u waħda minnha hawn illejla. Is-Sur Ġor', kif kien magħruf ma' ħafna, kien ammirat minn bosta, mhux biss għaliex i''ieled kontra l-forzi li riedu jkasbru l-lingwa Maltija u li riedu jħalluha maqfula bejn l-erbgħa ħitan tal-kċina, imma għaliex Ġor' Pisani b'għożża kbira għaraf jindukraha u jlibbisha dik il-libsa sabiex tkun tista' titgawda mill-poplu Malti u Għawdxi.
Ġor' Pisani, flimkien ma' Dun Karm, Ġuże` Muscat Azzopardi, Mons. Pietru Pawl Saydon u oħrajn, saħaq bis-sħiħ sabiex lill-Malti jingħatalu l-'ieħ li jixraqlu. Huwa patrijott f'kull sens tal-kelma, għaliex permezz tat-tbatijiet tiegħu nistgħu illum ngħidu li iva "aħna Maltin".
Aħna Maltin għaliex fost l-oħrajn għandna l-lingwa Maltija, lingwa illi tiddistingwina minn popli oħra, lingwa illi kibret u żviluppat filwaqt illi żżejnet b'letteratura mill-isbaħ, letteratura illi hija, fost l-oħrajn imnebbħa mill-imħabba kbira li Ġor' Pisani u poeti oħra Romantiċi kellhom għal Malta tagħna.
Ġor' Pisani tassew jixraqlu kull 'ieħ. Poeżiji mnebbħa mill-ambjent u r-realta` soċjali ta' Malta matul is-snin tas-seklu li għadna kemm ħallejna wara spallejna, jixhdu d-demm ibaqbaq tal-patrijottiżmu għaddej minn 'ol-vini tal-Poeta taż-Żgħożija. Iżda l-imħabba tiegħu lejn art twelidu, partikolarment lejn Għawdex, hija manifestata b'mod singolari fl-"Innu lil Għawdex" illi ser jindaqq iktar tard f'din is-serata. Huwa innu illi permezz tal-versi tiegħu jgħolli lil gżiritna għal waħda "imbierka mill-ħolqien".
Għandi l-pjaċir ngħid illi "L-Innu lil Għawdex", kliem ta' Ġor' Pisani u mużika tal-Professur Joe Vella, indaqq għall-ewwel darba barra minn xtutna f'attivita` internazzjonali propju jumejn ilu, nhar il-'?amis u l-Ġimgħa minn kor '?awdxi, il-Chorus Gaulitanus, li qed jiehu sehem fl-ewwel Festival ta' Kulturi tal-Gżejjer Ewropej li qed jinżamm f'Lefkada fil-Greċja, pro'ett li qed iseħħ f'diversi gżejjer Ewropej fuq inizjattiva tal-Ministeru għal '?awdex. Il-kant ta' "l-Innu lil '?awdex" f'dawn il-Festivals internazzjonali, li se jibdew isiru kull sena, huwa wkoll radd ta' ħajr u rikonoxximent tagħna l-Għawdxin lil poeta kbir tagħna Ġor' Pisani.
U għalhekk ukoll qed jitwaqqaf dan il-mafkar hawn illejla. Bl-ebda mod ma nistgħu aħna nroddu lura l-'ieħ kbir li għamlilna Ġor' Pisani. Iżda permezz ta' dan il-mafkar nistgħu b'mod konkret ngħidulu "Grazzi". Grazzi talli ħabbejt lil Malta u lil dak kollu li hu Malti. Grazzi talli ktibt kemm flaħt sabiex artna tieħu dak li bi dritt kien tagħha. Grazzi talli ħallejtilna wirt kbir letterarju mnebbaħ mill-imħabba kbira tiegħek lejn il-patrija. Grazzi talli sawwart fina l-ispirtu ta' l-identita` partikolari tagħna.
Din tal-lum hija waħda mill-ftit okkażjonijiet fejn Għawdex verament jirringrazzja lil dawk minn uliedu li ħadmu bis-sħiħ għall-'id komuni tiegħu. Ma nixba' qatt insostni l-importanza illi Għawdex jagħti ftit tar-rikonoxximent lil dawk l-Għawdxin illi għamlulu 'ieħ. Fl-aħħar mill-aħħar, Għawdex jinsab fejn hu illum grazzi għall-kontribut illi kull Għawdxi b'sens kbir ċiviku bħal Ġor' Pisani, ta matul is-snin. Ċertament il-preżenza ta' l-ogħla awtoritajiet ċivili fl-okkażjoni tal-lejla tikkonferma l-ħtie'a illi pajjiżna jirrikonoxxi dan il-kontribut.
Jiena minn qalbi nsellem lill-memorja ta' Ġor' Pisani filwaqt illi f'ismi u f'isem l-Għawdxin kollha, ngħidlu grazzi għal dak kollu li għamel. Ngħid ukoll grazzi lil dawk kollha li 'ew qabilna li bħal Ġor' Pisani fittxew l-ewwel il-'id ta' Malta u Għawdex qabel kull interess ieħor. Ngħid grazzi lilkom, l-Għawdxin kollha li bil-ħidma tagħkom tagħtu s-sehem tagħkom biex Għawdex tagħna jimxi 'l quddiem.
Grazzi.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN