Left arrow Go Back

TLESTA X-XOGHOL FUQ IL-USS LA SALLE

PR967
Date Icon 25/06/2001

Il-kwalità tax-xoghol li sar u l-efficjenza li ntweriet mill-haddiema tat-Tarzna biex twettaq fiz-zmien stipulat il-kuntratt fuq il-vapur tal-flotta Amerikana USS La Salle huma c-certifikat li permezz tieghu t-Tarzna ta’ Malta se tkompli ssahhah il-pozizzjoni taghha fil-qasam internazzjonali tat-tiswija tal-vapuri.

Dan stqarru l-Ministru ghas-Servizzi Ekonomici Josef Bonnici, meta nhar il-Gimgha, 22 ta’ Gunju 2001, ha sehem f’cerimonja qasira abbord il-USS La Salle, flimkien mal-Kaptan Charles A. Hautau, biex jitfakkar xoghol il-haddiem Malti fuq dan il-vapur, li dahal fit-Tarzna f’Marzu li ghadda u mistenni jitlaq fil-jiem li gejjin, wara li tlesta x-xoghol kollu li kien mehtieg li jsir.

Il-Ministru Bonnici irringrazzja lil kull min kien involut kemm biex intrebah dan il-kuntratt kif ukoll lill-haddiema kollha, li b’mod jew iehor kellhom sehem fix-xoghlijiet estensivi li saru u stqarr kemm swiet il-kooperazzjoni li ntweriet minn kulhadd ghal beneficcju tat-tarzna ta’ Malta, tal-haddiema u tal-pajjiz kollu in generali.

Hu qal li dan hu kuntratt iehor li tlesta fil-hin minkejja li fl-istess zmien kien ghaddej xoghol kbir fuq it-tanker Northia kif ukoll fuq diversi vapuri ohra. Dan hu kollu dovut ghall-hegga, id-dedikazzjoni u s-serjetà li wrew fix-xoghol taghhom il-haddiema tat-Tarzna li hadmu fuq dan il-vapur u li tista’ tghid jirrapprezentaw is-snajja kollha li jezistu fit-Tarzna. Il-Ministru Bonnici qal ukoll li dan kien kuntratt tajjeb ghat-Tarzna li naqqas mill-problema finanzjarja ta’ din l-intrapriza filwaqt li gawdew minnu l-istess haddiema li hadmu fuqu. Skond l-informazzjoni li ghandu, minn dan il-kuntratt, it-Tarzna se tkun dahhlet aktar minn Lm3 miljuni.

Hu semma wkoll kemm huma sodisfatti l-Amerikani mhux biss bil-kwalità tax-xoghol li sar izda wkoll bl-ambjent sabih u ta’ hbiberija li ezista waqt it-twettiq ta’ dan il-kuntratt. Il-Ministru Bonnici stqarr li dan kollu jirrifletti b’mod pozittiv fuq it-Tarzna ta’ Malta li qed taghmel minn kollox biex tibqa’ kompetittiva filwaqt li taghti prova li "it really means business".

Il-Ministru Bonnici qal li x-xoghol li sar kien wiehed estensiv u kien jinkludi l-upgrading tal-postijiet kollha fejn jghixu u jorqdu l-bahrin; kisi tad-decks kollha; l-istallazzjoni ta’ zewg krejnijiet bit-taghmir kollu mehtieg; l-istallazzjoni ta’ erba’ kmamar ta’ l-azzar, wahda ghas-sistema ta’ l-arja kundizzjonata u t-tlieta l-ohra ghat-trattament ta’ materjal perikoluz; il-bdil tas-sistema tal-ventilazzjoni u tal-pajpijiet ta’ l-arja kundizzjonata, xoghol ta’ manutenzjoni fl-engine room, u xoghlijiet generali ohra. Barra minn hekk, inbidlet ukoll ghal kollox il-parti ta’ wara tal-vapur.

Fl-ahharnett, il-Ministru Bonnici esprima t-tama li dan il-kuntratt iwassal biex jinkiseb aktar xoghol ta’ dan il-kobor ghat-Tarzna ta’ Malta.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow