Left arrow Go Back

PROGETT TA' SLUM CLEARANCE FL-IMSIDA

PR963
Date Icon 22/06/2001

"Progett li ser jiswa maz-Lm2 Miljun lira gewwa l-Imsida gie mibdi llum bit-twaqqiegh ta’ bini sub-standard li ser jaghti lok ghall-holqien ta’ 64 flat u sitt ihwienet gewwa wahda mill-aktar zoni problematici fl-Imsida. Minbarra li ser jipprovdi akkomodazzjoni alternattiva u xierqa ghal numru sostanzjali ta’ familji, dan il-progett ser ikompli jsolvi l-problemi ta’ gharghar gewwa l-Wied ta’ l-Imsida, peress li jifforma parti mill-Flood Relief Project li jestendi mill-Wied ta’ Birkirkara sal-pjazza ta’ l-Imsida." Dan qalu l-Vici Prim Ministru u Ministru ghall-Politika Socajli Lawrence Gonzi, meta llum zar ix-xoghlijiet ta’ twaqqiegh ta’ bini li qieghed isir bhala parti mis-Slum Clearance Project fl-Imsida.

Il-Ministru Gonzi qal illi din il-parti ta’ l-Imsida tirraprezenta wahda mill-aktar zoni ‘sub-standard’ li ghad baqa’ f’Malta, u l-Gvern haseb ghall-pjan fit-tul sabiex din iz-zona tigi rigenerata f’zona li taghti akkomodazzjoni xierqa u dicenti lil madwar mitejn familja. Il-Ministru Gonzi fakkar li dan il-progett inbeda bit-twaqqiegh u l-bini mill-gdid ta’ 36 unit fiz-zona ta’ wara l-Ghajn tal-Hasselin, u issa jmiss li tinbeda it-tieni fazi, li ser tikkonsisti fil-bini ta’ zewg blokki ta’ flats bil-hwienet maghhom. Sadanittant inhargu u ghalqu l-offerti fuq il-bini ta’ l-ewwel minn dawn iz-zewg blokki, jigifieri 16-il unit fl-ispazju fejn kien jezisti l-bini quddiem il-Knisja tal-Kuncizzjoni. Dan il-progett ser jiswa Lm450,000, filwaqt li l-bini tat-tieni blokka ser jiswa mal-Lm1,500,000.

Inbdew wkoll il-preparamenti sabiex fis-snin li gejjin ikompli x-xoghol fuq il-bini tal-kumplament tal-progett, li huwa maqsum f’hames fazijiet. Dawn il-progetti ser jinbnew fuq in-naha l-ohra ta’ Triq il-Wied bejn Triq Garcin u Triq l-Ispizjar Sciberras u b’kollox ser jipprovdu 93-il unit, 37-il garaxx u 14-il hanut.

Il-Ministru Gonzi fakkar fl-impenn tal-Gvern sabiex jkompli jtejjeb il-kwalita’ tal-hajja ta’ kull cittadin, l-aktar ta’ dawk li jinsabu fl-aktar sitwazzjonijiet ta’ bzonn. Huwa semma kif f’dawn l-ahhar sentejn u nofs saru diversi inizjattivi ta’ Slum Clearance, fosthom progett kbir f’ Bormla, flimkien mal-pjan ta’ rigerazzjoni tal-Kottonera.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow