Left arrow Go Back

PUNTI MINN DISKORS LI GĦAMEL IL-MINISTRU GĦALL-AMBJENT FRANCIS ZAMMIT DIMECH META SEGWA XOGĦOL TA' TWAQQIGĦ TA' BINI FUQ IL-MOLL TAĦT SANT'ANĠLU

PR957
Date Icon 21/06/2001

Titjib fl-inħawi taħt Sant'An'lu.

Il-Ministru għall-Ambjent, Francis Zammit Dimech qal li fuq il-moll taħt Sant'An'lu fil-Birgu, fejn s'issa hemm il-bini magħruf bħala taċ-Ċiniżi, hemm il-ħsieb li tinbena Capitanerie, jew post ta' kontroll għall-yacht marina li se tinbena fl-inħawi. Hu mistenni li jinbnew ukoll appartamenti żgħar, ristorant u car park żgħir taħt l-art. Il-ħsieb hu li l-istruttura tkun waħda baxxa u li ma tistonax ma' l-ambjent, li s-swar jinkixfu u li l-bini ma jkunx marbut magħhom kif inhu l-bini li qed jitwaqqa'.

Il-Ministru għall-Ambjent qal li għal dan l-iskop kienu qed isiru taħditiet bejn il-konsorzju Cottonera Waterfront Group u l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.

Francis Zammit Dimech, li kien qed isegwi t-twaqqigħ tal-bini magħruf bħala taċ-Ċiniżi li jinsab fuq il-moll ta' Sant'An'lu, qal li x-xogħol qed isir mit-Taqsima tax-Xogħlijiet fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent wara li ħar'u l-permessi kollha meħtie'a biex jitwaqqa' l-bini mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar. Hu qal li t-twaqqigħ ta' dan il-bini kien obbligu kuntrattwali li l-Gvern għandu mal-Cottonera Waterfront Group sabiex il-moll ta' Sant'An'lu ikun jista' jgħaddi lill-konsorzju vakanti kif stipulat fil-kuntratt. Hu qal li dan it-twaqqigħ ħa diversi xhur biex ji'i attwat minħabba li fil-bini kienet tgħix komunita' Ċiniża ta' nies li qed jaħdmu Malta. Din il-komunita' hi ta' madwar 80 persuna.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li l-Ministeru għall-Ambjent għamel arran'amenti biex din il-komunita' ti'i riallokata. Il-Ministeru għall-Ambjent ħa ħsieb li jkun ristrutturat u rran'at post f''?al Far biex jakkomoda lil dawn iċ-Ċiniżi. Ix-xogħol sar mit-Taqsima tax-Xogħlijiet b'koordinazzjoni kontinwa mal-Ministeru għall-Ambjent. Il-bini irran'at kien abbandunat għal tul ta' żmien u għalhekk kien fih ħafna ħsarat u bżonn ta' manutenzjoni. Hu qal li saru diversi xogħlijiet f''?al Far sabiex il-bini jsir wieħed komdu għal min igħix fih. Fil-bini hemm sittin kamra li kollha 'ew mgħammra b'shower u wash hand basin. Inbidlet ukoll is-sistema ta' l-ilma, ta' l-elettriku u d-drena'' u l-post tbajjad. Kienet ukoll ipprovduta kamra barra l-bini li qed tintuża bħala kċina.

Il-Ministru għall-Ambjent qal li l-kundizzjonijiert f''?al Far huma ferm aħjar minn dawk li ċ-Ċiniżi kellhom fil-Birgu. Qal li l-bini fil-Birgu kellu problemi strutturali u ma kienx xieraq għall-għajxien ta' din il-komunita'. Hu qal li l-Gvern m'ghaggilx biex iwaqqa' il-bini ghax ried jizgura li l-bini alternattiv ikun jixraq għall-għajxien ta' din il-komunita'. Hu qal li issa li l-post tbattal l-operazzjoni biex jitwaqqa' l-bini mistennija tieħu madwar xahar biex imbagħad il-moll ikun jista' jissewwa mill-ħsarat li għandu bħalissa ħalli jkun f'qagħda stabbli għall-irmi''i.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li l-Cottonera Waterfront Group għamel ukoll xogħol ta' twaqqigħ f'dawk li qabel kienu l-Cooperage Stores ħdejn il-Menqa u fi Starkey Building fuq in-naħa tal-Kalkara. Qal sadanittant kien se jibda l-bini ta' l-appartamenti fuq in-naħa tal-Menqa.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li bħalissa il-Ministeru għall-Ambjent qed iwettaq pro'ett bl-iskop li jsaħħaħ is-sistema ta' l-elettriku fil-Kottonera biex mhux biss jintlaqgħu il-ħti'iet tal-konsorzju iżda wkoll tar-residenti. Hu qal li se titħaffer trinka minn '?al Tarxien għall-Birgu biex jitwassal l-elettriku kif ukoll servizzi oħra bħal cables tal-Melita Cable u l-Maltacom. Hekk tkompli tissaħħaħ l-infrastruttura kollha fil-Kottonera. Hu qal li dan ix-xogħol qed ikun koordinat mill-Ministeru għall-Ambjent li se jieħu ħsieb ukoll li jinbidlu xi servizzi oħra f'ċerti inħawi waqt li t-toroq ikun maqlugħa. Fost is-servizzi li jistgħu jinbidlu hemm dawk tad-drena''.

Il-Ministru għall-Ambjent qal li issa li x-xogħol fuq il-pro'ett tal-Kottonera qabad ritmu tajjeb wieħed jittama li dan jitlesta fi żmien qasir ħalli hekk il-Kottonera tkun ri'enerata u tgawdi ukoll mill-iżvilupp li qed isir fil-pajjiż.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow