APPROVATI 20 PROGETT INDUSTRIJALI F'ERBA' XHUR
Fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena l-Korporazzjoni Maltija ghall-Izvilupp approvat 20 progett industrijali, maqsuma fi 15-il progett gdid u hames espansjonijiet. Fuq dawn il-progetti mistenni jsir investiment kapitali ta’ Lm3.2 miljun fuq perjodu ta’ tliet snin filwaqt li mistennija joholqu, fuq l-istess perjodu, madwar 660 impjieg gdid.
Dan qalu l-Ministru ghas-Servizzi Ekonomici Josef Bonnici meta dalgóodu zar il-fabbrika l-gdida li qed tinbena fil-Qasam Industrijali ta’ Hal Far biex minnha joperaw il-kumpanniji li jaghmlu parti minn Brandstätter Group, fosthom dik maghrufa ghall-produzzjoni tal-playmobil.
Hu qal ukoll li matul is-sena li ghaddiet il-Korporazzjoni Maltija ta’ l-Izvilupp investiet aktar minn Lm2.6 miljun f’xoghlijiet estensivi ta’ upgrading ta’ fabbriki u xoghlijiet ohra biex ittejjeb il-facilitajiet u d-dehra fl-oqsma industrijali. L-akbar investiment, ta’ madwar Lm1.2 miljun, sar fuq il-qasam industrijali ta’ Hal Far, fejn anki tlestew sitt fabbriki godda.
Fi kliem il-Ministru Bonnici dawn ix-xoghlijiet huma parti minn ezercizzju estensiv biex jinholoq ambjent isbah u aktar organizzat fl-oqsma industrijali ta’ pajjizna ghaliex dan hu wkoll incentiv li permezz tieghu jista’ jkun attirat investiment gdid lejn Malta.
Il-Ministru Bonnici qal li Brandstätter Group ilhom ghal snin twal joperaw f’pajjizna, sewwasew mill-bidu ta’ l-1971, u ghaldaqstant huma fost il-pijunieri ta’ l-industrija tal-manifattura f’pajjizna. Hu fakkar li dawn kienu bdew joperaw f’Malta permezz tal-kumpannija Brand International Ltd u tal-kumpannija Inmold Ltd. Ta’ l-ewwel kienet tipproduci telefons u record players tal-loghob, filwaqt li l-ohra kienet u ghadha tipproduci forom u ghodod ta’ l-azzar.
Hu zied li kien fl-1974 li Brandstätter Group holoq il-kuncett gdid ta’ gugarelli maghrufa bhala playmobil, liema pass kellu jwassal ghal success qawwi u ghat-tishih ta’ l-operazzjonijiet tal-Grupp anki f’pajjizna, tant li llum il-gurnata Brandstätter Group jikkonsisti lokalment minn sitt kumpanniji u jimpjega 700 persuna, li hi cifra gholja meta wiehed iqis li Brandstätter ihaddmu 2,000 madwar id-dinja kollha, inkluza Malta.
Il-Ministru Bonnici qal li Brandstätter Group hu fost dawk l-investituri Germanizi li mhux biss ghazlu lil pajjizna bhala l-bazi industrijali taghhom, izda wkoll li qed ikomplu juru fiducja fil-potenzjal ta’ Malta bhala centru tal-manifattura. Hu qal li l-kumpannija principali tal-grupp, Playmobil Malta Ltd, qed tipproduci madwar 50 miljun figura kif ukoll madwar 15-il miljun sett tal-playmobil fis-sena u tissupplixxi impjanti ohra li Brandstätter Group ghandhom fil-Germanja, Spanja u fir-Repubblika Ceka. Dan ifisser ghal Brandstätter Group f’Malta dhul ta’ aktar minn Lm25 miljun fis-sena.
Il-Ministru ghas-Servizzi Ekonomici qal li f’dawn l-ahhar 30 sena Brandstätter Group f’Malta operaw minn madwar 20 fabbrika tal-Korporazzjoni Maltija ta’ l-Izvilupp, u llum qed joperaw f’sitt postijiet bi spazju ta’ madwar 27,000 metri kubi fil-Qasam Industrijali ta’ Bulebel. Hu qal li Brandstätter Group ilhom ghal dawn l-ahhar snin jiddiskutu l-htiega li jiccentralizzaw il-operazzjoni taghhom minn fabbrika akbar u aktar moderna, u ghaldaqstant, l-MDC accettat li tipprovdi fabbrika gdida li qed tinbena fuq art allokata lill-Grupp bi spazju totali ta’ 58,000 metri kubi.
Peress li l-fabbrika qed tinbena skond il-htigiet specifici ta’ Brandstätter Group, dawn accettaw li jaghmlu tajjeb ghal parti mill-ispiza ghall-bini tal-fabbrika, tant li filwaqt li l-MDC se tohrog madwar Lm4.5 miljun, Brandstätter Group se jinvestu Lm5.2 miljun. Hu ttamat li Brandstätter Group jibdew joperaw f’dan il-kumpless f’nofs is-sena d-diehla.
Il-Ministru Bonnici stqarr li dan trasferiment ghandu jkompli jsaóóaó l-operazzjonijiet ta’ Brandstätter Group f’Malta li ma jinkludux biss il-produzzjoni tal-playmobil u ta’ ghodda ta’ l-azzar, izda wkoll il-produzzjoni ta’ modules elettronici, software, u timers elettromekkanici. Hu irringrazzja lil Brandstätter Group ghall-fiducja li qed ikomplu juru fil-potenzjal industrijali ta’ pajjizna kif ukoll fil-kapacità tal-haddiema Maltin.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN