SILTIET MINN DISKORS LI L-MINISTRU G'?ALL-AMBJENT, DR FRANCIS ZAMMIT DIMECH, G'?AMEL META ZAR XOG'?LIJIET TA' RESTAWR FIL-MINA TA' SANTA LIENA U L-KNISJA TA' SAN PAWL, U XOG'?OL TA' RIABILITAZZJONI TAX-XATT TA' BORMLA
Il-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech qal li tul din l-aħħar sena kien għamel diversi żjarat f'Bormla u kull darba li jżur din il-belt kien jara bidla għall-aħjar. Hu qal li kienet il-politika tal-Gvern li jagħti ħajja 'dida lil dawn l-inħawi u għal dan l-iskop kien qed iwettaq pro'etti ta' restawr u riabilitazzjoni kif ukoll pro'etti bħal bini ta' appartamenti 'odda, il-bini tad-Dar ta' l-Anzjani u l-Kumpless Sportiv.
Il-Ministru għall-Ambjent qal li kien jemmen li kull lira li kienet tintefaq f'din il-lokalita' kienu flus investiti tajjeb. Qal li l-pro'etti ta' restawr li kienu qed jitwettqu mill-Pro'ett għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera kienu qed joħor'u aħjar l-istorja ta' Bormla li kienet minsu'a intrinsikament ma' dik tal-Kottonera u ma' tal-pajjiż kollu.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li minn mindu twaqqaf il-Pro'ett għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera fl-1992, intefqu Lm1.4 miljun fi pro'etti ta' restawr, li parti sostanzjali minnhom marru għal pro'etti f'Bormla. Qal li bħalissa kien qed isir xogħol ta' konservazzjoni u restawr tal-mina ta' Santa Liena u l-knisja ta' San Pawl, xogħol ta' restawr tas-swar ta' Santa Liena u bdil ta' ballavostri fil-Knisja Parrokjali. Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li wieħed seta' issa japprezza s-sbuħija tal-mina ta' Santa Liena li minn daħna sewda re'għet ħadet id-dehra ori'inali u majjestuża tagħha. Hu fakkar li l-ewwel fażi tal-progett tal-Bieb ta' Santa Liena swiet Lm40,000 filwaqt li r-restawr tal-Knisja ta' San Pawl mistenni jiswa Lm30,400.
Il-Ministru għall-Ambjent qal li l-Kottonera hi mimlija storja. Wieħed seta' jxebbaħha ma' mużew ħaj. Qal li t-tliet ibliet kienu abbandunati għal żmien twil u li għalhekk darba beda' jsir ir-restawr instab li hemm ħafna x'isir. Qal li l-Gvern hu determinat li jara it-tliet ibliet jer'għu jiksbu l-importanza tagħhom biex mhux biss jitgawdew mill-Maltin iżda wkoll mit-turisti li jżuruna.
Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li bħalissa kienu qed isiru disinni u hemm fejn qed ikunu ppreparati offerti għal diversi pro'etti, fosthom għal xogħol ta' restawr f'Polverista Gate, li hu stmat li jiswa Lm75,000; xogħol ta' konservazzjoni fi Triq id-Dejqa, xogħol ta' konservazzjoni f'St. Nicholas Married Quarters, disinni dettaljati tal-Pjazza Santa Margerita u disinn għall-immani''jar tat-traffiku fil-Mina ta' Santa Liena. Fl-istess waqt qed ji'u ppjanati playing field f'San Gwann t'Għuxa u pavimentar għal Pjazza Paolini Vassallo, żew' pro'etti li mistennija jitwettqu s-sena d-dieħla b'nefqa li hi stmata li tilħaq Lm40,000.
Il-Ministru għall-Ambjent qal li f'dawn l-aħħar xhur, wara li kien twaqqa' l-ħajt tat-tarzna u floku sar ħadid dekorattiv, issa kien qed isir xogħol ta' pavimentar li di'a ta dehra 'dida lill-inħawi ta' quddiem il-Knisja. Hu qal li dan il-pro'ett, li qed jitwettaq mill-Gvern Ċentrali, se jkompli jagħti dehra aħjar lill-Bormla u jiftaħ il-pulmun ta' dan il-belt li kien imblukkat minn ħajt li kien ikerraħ u joħnoq iċ-ċentru ta' dan il-lokal.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li Bormla kienet mistennija tgawdi wkoll mill-pro'ett tal-Kottonera, sew mill-parti tal-pro'ett li kien qed isir fil-Birgu, l-Isla u l-Kalkara kif ukoll mill-pro'ett ghall-Bacir Numru 1. Huwa temm jghid li dan il-Gvern wera li għandu għal qalbu l-iżvilupp tal-Kottonera u li dan l-iżvilupp qed iwettqu bil-fatti.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN