IT-TAQSIMA TAL-PROPRJET'? TAL-GVERN DIG'? QASSMET MADWAR LM3 MILJUN LIRA F'KUMPENS GHAL ART ESPROPRIJATA
It-taqsima propjet'? tal-Gvern, fl-ewwel hames xhur ta' din is-sena, qassmet kwazi tliet miljun lira (Lm2, 983,896) li minnhom ibbenefikaw ghadd kbir ta' persuni li l-art taghhom kienet esproprijata mill-Gvern biex tintuza ghal skop pubbliku. Ghal din is-somma gew iffirmati 311-il kuntratt. It-taqsima lestiet ukoll xoghol fuq 32 kuntratt iehor biex thallas Lm 650 000 ohra malli s-somma tkun approvata.
Dan habbru l-Ministru ta' l-Intern, Dr Tonio Borg, il-bierah waqt zjara li ghamel fil-Berga tal-Baviera biex jara x-xoghol strutturali kbir li sar fil-bini li jospita t-Taqsima Propjet'? tal-Gvern.
Il-Ministru Borg irringrazzja lill-haddiema tax-xoghol taghhom kif rifless tant tajjeb fir-rizultati inkoragganti tat-Taqsima. Fl-ewwel hames xhur ta' din is-sena, it-Taqsima gabret kwazi sebghin fil-mija tal-hlasijiet li stenniet li ddahhal minn sena shiha f'kirjiet, cens u bejgh ta' propjet'? differenti. Id-dhul kien jammonta ghal Lm4.7 miljuni.
Il-Ministru Borg semma wkoll l-abbozz ta' ligi li l-Gvern ippubblika dwar il-ligi tal-BDA. L-abbozz jipprovdi biex, dawk il-persuni li l-Gvern kien hadilhom l-art ghal skop ta' zvilupp b'daqqa ta' pinna, u dik l-art illum m'ghadx ghandu bzonnha, jista' jroddha lura lil sidha b'daqqa ta' pinna, minflok li jghaddu minn proceduri ta' ricerki u kuntratti li jiehdu fit-tul.
Il-Ministru ta' l-Intern esprima s-sodisfazzjon tieghu ukoll ghall-fatt li tlestiet l-ewwel fazi ta' l-implimentazzjoni tal-progett LEMIS – il-progett li jinkorpora l-istrategija futura tat-Taqsima fil-qasam tat-teknologija ta' l-informatika. Il-Progett, spejga l-Ministru Borg jipprovdi ghal sistema ta' informazzjoni geografika tar-rekords kollha tal-Propjet'? li ghandu l-Gvern, sistema gdida ta' kif jigu mmaniggjati id-dhul u l-esproprijazzjonijiet, u sistema elettronika tad-dokumenti.
Dan kollu qed isir bi skop, enfasizza l-Ministru ta' l-Intern. "Il-Gvern huwa impenjat biex itejjeb it-tmexxija generali ta' l-assi li l-pajjiz ghandu fi propjet'? u dan kollu jaghqad ma' l-impenn l-iehor tal-Gvern – dak li jimmodernizza lis-Servizz Civili f'pajjizna."
Il-Ministru Tonio Borg ghalaq id-diskors tieghu b'kelma ta' awguri lill-impjegati kollha ta' din it-Taqsima b'mod partikolari lis-Sur Sebastian Ebejer li irtira mix-xoghol wara aktar minn erbghin sena ta' servizz.
Ghal din l-okkazjoni kien prezenti wkoll id-Direttur Generali tat-Taqsima il-Perit John Sciberras, li spjega li x-xoghol strutturali li sar huwa impressjonanti l-aktar meta wiehed jiftakar l-istat li kienet fih il-Baviera ftit aktar minn sentejn ilu. Ix-xoghol strutturali gie jiswa mat-Lm 32,000 u kien jikludi t-tnehhija ta' madwar 200 metru kubu ta' debris mill-basement – debris li hafna minnu kien ilu jakkumula minn zmien it-Tieni Gwerra Dinjija.
Il-kmamar kollha fil-basement li ghal hafna zmien kienu ingumbrati jew okkupati, spjega l-Perit Sciberras, gew restawrati u saru jiffurmaw parti mill-Berga tal-Baviera. Sabiex dawn il-kamamar setghu ikunu accessibbli minn gewwa kellu jigi skavat ukoll parti minn tarag antik. Il-kmamar qed jintuzaw bhala mhazen ghall-files tat-Taqsima u gie stallat goods lift biex il-files ikunu jistghu jittellghu fl-ufficini b'aktar facilit'?.
Ghal din l-attivit'? attenda wkoll is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta' l-Intern il-Perit George Pullicino, is-Segretarju Permaneneti Louis Cilia u l-Kummissarju ta' l-Artijiet is-Sur Albert Mamo.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN