Left arrow Go Back

PJAN TA' AZZJONI GHALL-INDUSTRIJA TA' L-ISTAMPAR

PR878
Date Icon 12/06/2001

L-Istitut ghall-Promozzjoni ta' l-Intraprizi Zghar (IPSE), flimkien mal-Korporazzjoni ta' l-Izvilupp u mal-METCO, se jiehdu hsieb it-twettiq ta' Pjan ta' Azzjoni li tfassal bl-iskop li jghin fir-ristrutturar ta' l-industrija lokali ta' l-istampar, wara li l-istess Istitut ikkummissjona rapport dwar dan is-settur. Dan ir-rapport hu t-tieni wiehed minn sensiela ta' rapporti li qed thejji l-IPSE, li jiffukaw fuq setturi specifici ta' l-industrija tal-manifattura f'Malta, specjalment fid-dawl tas-shubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.

Ir-rapport dwar l-industrija ta' l-istampar juri, fost l-ohrajn, li dan is-settur, li jinkludi madwar 174 intrapriza li bejniethom ihaddmu madwar 1,800 persuna, ftit li xejn ser jintlaqat mit-tnehhija tal-levies. Minkejja dan, xorta jibqa' l-bzonn li dan is-settur jimmodernizza ruhu u jipprepara ruhu ahjar biex jissahhah u jkun f'pozizzjoni li johloq aktar valur mizjud fil-futur.

Dan qalu llum il-Ministru ghas-Servizzi Ekonomici Josef Bonnici, f'konferenza ta' l-ahbarijiet li fiha kien pubblikat ir-Rapport dwar l-Industrija ta' l-Istampar u fejn inghata wkoll taghrif dwar il-Pjan ta' Azzjoni.

Il-Ministru Bonnici qal li dan hu t-tieni rapport tax-xorta tieghi, peress li dig'? sar rapport simili dwar l-industrija lokali tal-ghamara. L-iskop ta' dawn ir-rapporti hu li jkun maghruf l-istat li fih tinsab l-industrija li tipproduci ghas-suq lokali u l-impatt li jista' jkollhom it-tnehhija tal-levies, fejn dawn jezistu; u r-regolamenti ta' l-Unjoni Ewropea. Barra minhekk, isiru rakkomandazzjonijiet u titfassal l-azzjoni li trid tittiehed ghar-ristrutturazzjoni ta' din l-industrija. Bhalissa qed jithejjew zewg rapporti ohra dwar oqsma marbuta ma' l-industrija tal-bini, wiehed dwar l-industrija ta' l-irham u l-madum, u l-iehor dwar l-industrija ta' l-aluminju u l-hadid. Hemm ippjanati ukoll rapporti dwar setturi ohra, bhal ma huma dak tal-produzzjoni ta' l-inbid u l-ipprocessar tat-tadam u ta' hxejjex ohra.

Il-Ministru Bonnici spjega kif l-industrija ta' l-istampar f'Malta tinkludi kumpanija internazzjonali ewlenija, li ghandha sehem sinifikanti mis-suq dinji ghal dak li hu tip ta' stampar mill-aktar specjalizzat, maghruf bhala security printing. Din il-kumpanija dejjem irnexxielha tilhaq livell mill-aktar gholi ta' efficjenza u ta' kwalit'? fil-fabbrika taghha f'Malta. Dan ghandu jservi ta' gwida ghal kumpaniji ohra, dwar dak li hu possibbli li jintlahaq f'Malta.

Ir-rapport juri kif il-kumplament tas-settur ta' l-istampar jikkonsisti f'hafna intraprizi zghar li jhaddmu bejn persuna u hames persuni. Mir-rapport johrog li l-produttivit'? f'dawn il-kumpaniji z-zghar hi baxxa meta mqabbla ma' indici li jirrifletti l-produttivit'? medja fil-pajjizi ta' l-Ewropa. Mir-rapport johrog ukoll li l-livell ta' l-uzu tal-makkinarju hu wiehed baxx hafna, kif baxx ukoll hu l-output ta' kull impjegat.

Fl-istess waqt, il-kundizzjonijiet tas-suq huma kompetittivi hafna, peress li hawn numru kbir ta' intraprizi joperaw f'dan is-settur u jezisti nuqqas kbir ta' specjalizzazzjoni li jwassal ukoll ghal nuqqas ta' efficjenza. Il-fatt li dawn il-kumpanniji qed joperaw f'sitwazzjoni ta' kompetizzjoni qawwija aktar milli ta' koperazzjoni siewja, qed ifixkel il-process li jista' jwassal biex dawn il-kumpaniji jfittxu swieq godda barra xtutna.

Il-Ministru Bonnici qal li kemm it-tnehhija tal-ftit levies li jeffettwaw din l-industrija kif ukoll is-shubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, ftit li xejn jista' jkollhom impatt negattiv fuq din l-industrija. Minn naha l-ohra, ir-rapport jidentifika l-bzonn ta' xi bidliet marbuta mas-sigurt'? u s-sahha fil-post tax-xoghol u l-harsien ta' l-ambjent, partikolarment fir-rigward ta' l-immaniggjar ta' l-iskart. Izda dan hu aspett essenzjali mill-izvilupp ta' pajjizna li ma jistax ikun injorat jekk tabilhaqq nixtiequ livell ta' ghajxien aktar gholi f'pajjizna.

Il-Ministru ghas-Servizzi Ekonomici tenna li din l-industrija tista' tkompli tissahhah billi ssir aktar kompetittiva u tfittex swieq godda barra minn Malta. Biex tasal ghal dan it-tishih, izda, jehtieg li timplimenta diversi mizuri ta' ristrutturar, fejn il-Gvern lest jaghti l-ghajnuna kollha tieghu kemm permezz ta' l-IPSE, kif ukoll tal-MDC, anki fid-dawl tal-ligi l-gdida ghall-promozzjoni tan-negozju, li permezz taghha qed ikunu offruti incentivi anki ghall-intraprizi z-zghar li joperaw esklusivament fis-suq lokali.

Il-Ministru Bonnici qal li l-pjan ta' azzjoni li thejja hu intiz li jghin lil din l-industrija biex tikkonsolida l-operat taghha fis-suq lokali, tara x'potenzjal jezisti fis-swieq barranin u ttejjeb il-livelli teknologici u teknici taghha. Din l-ghajnuna specjali ghas-settur ta' l-istampar, ser tinghata principalment fuq bazi kollettiva filwaqt izda, li l-intraprizi individwali jistghu xorta wahda japplikaw biex jiehdu sehem fil-programmi ta' ghajnuna ezistenti, min-naha ta' l-IPSE.

Biex ikun jista' jintlahaq l-iskop tal-Pjan ta' Azzjoni, kompla l-Ministru Bonnici, qed ikun suggerit, fost l-ohrajn it-twaqqif ta' Print Industry Group, li ghandu jwassal biex jinkoraggixxi inizjattivi godda, iservi bhala forum ghall-bdil ta' materji teknici u ghall-qsim ta' esperjenza u knowhow, jidentifika opportunitajiet ta' swieq, jidentifika xi htigiet jezistu ghal tahrig ta' staff u management, jizviluppa, flimkien ma' l-IPSE u mal-METCO, swieq godda ghall-esportazzjoni u li johloq lobby group qawwi li jhares l-interessi tal-membri tieghu.

Rakkomandazzjonijiet ohra jinkludu t-tishih tat-tahrig vokazzjonali, l-introduzzjoni, bis-sehem tal-Korporazzjoni ghax-Xoghol u Tahrig (ETC), ta' korsijiet godda ta' tahrig fit-thaddim tat-teknologiji l-aktar recenti, kif ukoll tahrig specjalizzat biex toghla l-kwalit'? ta' l-impjegati f'dan is-settur u dan billi jkunu ipprovduti wkoll scholarships barra minn Malta. Qed tkun enfasizzata wkoll il-htiega li l-intraprizi f'dan is-settur jibdew jikkollaboraw u jahdmu aktar fil-qrib.

Il-Ministru Bonnici qal li l-Gvern dig'? ta xhieda ta' l-impenn tieghu li jghin b'kull mod halli l-industrija li tipproduci ghas-suq lokali issahhah il-bazi taghha. Dan sar bis-sahha tal-Ligi dwar il-Promozzjoni tan-Negozju li permezz taghha, tnehhew dawk il-provedimenti li kienu jorbtu l-incentivi ma' l-esportazzjoni u li ghalhekk kienu jizvantaggjaw lill-industrija li tipproduci ghas-suq lokali.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow