Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GHAS-SERVIZZI EKONOMICI

PR866
Date Icon 11/06/2001

Fil-granet li ghaddew saru diversi stqarrijiet mill-Oppozizzjoni dwar ic-cifra tal-qghad f'pajjizna. Sfortunatament dawn l-istqarrijiet huma mibnija fuq premessa zbaljata li ma twassalx ghal analizi korretta tas-suggett. Ghaldaqstant, il-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici hass il-bzonn li johrog din l-istqarrija ghall-istampa biex jistabbilixxi l-fatti kif inhuma.

Nhar il-Gimgha li ghadda, l-Ufficcju Nazzjonali ta' l-Istatistika ippubblika r-rizultati ta' l-ewwel zewg Labour Force Surveys li saru f'Mejju u f'Dicembru 2000. Stharrig iehor ta' din l-istess ghamla sar f'Marzu ta' din is-sena izda r-rizultati ghadhom qed ikunu processati.

Dawn is-surveys huma innovazzjoni fil-kamp tal-gbir ta' statistika dwar id-dinja tax-xoghol f'pajjizna. Qabel ma nghata bidu ghal dan l-istharrig, ic-cifri kollha disponibbli dwar in-numru ta' nies li jahdmu bi qliegh f'Malta kienu mahruga fuq il-bazi ta' l-informazzjoni migbura mill-Korporazzjoni ghax-Xoghol u Tahrig (ETC).

Hi haga naturali li wiehed jipprova jqabbel ic-cifri li johorgu mil-Labour Force Survey ma' dawk migbura mill-ETC. Dan it-tqabbil tajjeb li jsir izda jehtieg li jsir b'mod ghaqli, minghajr ma nispiccaw qed inqabblu flimkien hwejjeg li huma tabilhaqq differenti.

Fil-fatt, l-Ufficcju Nazzjonali ta' l-Istatistika mill-ewwel sahaq li hemm diversi elementi li wiehed irrid izomm quddiem ghajnejh qabel ma jista' jaghmel valutazzjoni meqjusa tac-cifri pubblikati bhala rizultat tal-Labour Force Survey. Is-survey isir fuq bazi ta' kampjun (f'dan il-kaz, ta' xi 2,000 familja) u bilfors jinkludi margni ta' zball li jammonta ghal daqs tnejn fil-mija, 'il fuq jew 'l isfel. Barra minn hekk, is-survey hu mfassal fuq bazi ta' terminologija u definizzjonijiet ta' l-ILO (l-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xoghol) li huma differenti mid-definizzjonijiet addottati s'issa mill-ETC.

L-aktar differenza li tispikka hi dik fid-definizzjoni ta' min ghandu jitqies bhala qieghed (bla xoghol).

L-ETC ilha zmien twil tuza l-istess definizzjoni ghal dawk li huma qeghda, liema nies normalment wiehed jirriferi ghalihom bhala dawk li qed jirregistraw ghax-xoghol. Din id-definizzjoni ghadha llum precizament l-istess bhal ma kienet fis-sentejn li l-Onor. Alfred Sant kien Prim Ministru. Skond din id-definizzjoni, in-nies qeghda huma dawk li qed ifittxu x-xoghol wara li gie itterminat l-impjieg taghhom minhabba li spiccaw redundant flimkien ma' dawk li qed ifittxu x-xoghol ghall-ewwel darba, principalment wara li jkunu ghadhom kemm spiccaw mill-iskola. Fil-kaz ta' dawk li jitilqu x-xoghol minn rajhom jew jitkeccew minhabba ragunijiet dixxiplinari, dawn jizdiedu mac-cifra ta' nies qeghda jekk ikunu ghadhom qed ifittxu impjieg wara sitt xhur minn meta jkunu telqu l-impjieg originali taghhom.

Id-definizzjoni ta' nies qeghda skond il-Labour Force Survey hi hafna aktar wiesgha u ghalhekk ghal kollox differenti. Ghal Labour Force Survey, id-definizzjoni ta' min huma qeghda tinkludi kemm dawk li qed jirregistraw kif ukoll dawk li m'humiex basta huma disponibbli u lesti li jahdmu jekk tinghatalhom l-opportunit'?. Ghalhekk id-definizzjoni addottata ghall-fini tal-Labour Force Surveytinkludi dawk li qed jirregistraw taht Part 1 ta' l-ETC, dawk li qed jirregistraw taht Part 2, kif ukoll persuni ohra li m'huma jirregistraw imkien izda li xorta wahda ghandhom hajra li jahdmu. Fost dawn hemm zgur numru sostanzjali ta' nisa tad-dar li, minn zmien ghal zmien jistghu jirrevedu l-pozizzjoni taghhom u jiddeciedu li jfittxu impjieg.

Differenza ohra sinifikattiva hi l-fatt li, filwaqt li l-ETC dejjem hadmet ic-cifri taghha fuq il-bazi ta' dik il-parti tal-popolazzjoni li ghandha minn 16 sa 61 sena, il-Labour Force Survey (ghaliex juza kriterji internazzjonali) jipprova jaqbad lil dawk kollha bejn il-15 u l-64 il-sena. Firxa aktar wiesgha.

Mill-istess analizi tad-definizzjonijiet differenti hekk kif inhuma applikati, wiehed malajr jasal ghall-konkluzjoni li bilfors li c-cifra ta' nies qeghda li tohrog mil-Labour Force Survey trid tkun oghla minn dik ippubblikata mill-ETC ghaliex id-definizzjoni uzata hi ferm aktar wiesgha. Dan hu fuq kollox dak li jigri fil-pajjizi kollha li dahhlu sistema ta' surveys dwar il-Labour Force fejn ic-cifra ta' dawk jirregistraw ghax-xoghol dejjem tohrog mill-anqas tnejn fil-mija anqas minn dik li jindikaw is-surveys.

Bl-introduzzjoni tal-Labour Force Survey il-Gvern qed ikompli jaggorna l-gbir ta' l-istatistika f'pajjizna u jintroduci ghodda addizzjonali li wiehed jista' juza ghal skopijiet ta' analizi ekonomika. Altru li dan m'hux kaz ta' tbaghbis ta' cifri, kif qed tallega l-Oppozizzjoni, izda hu fil-fatt il-pubblikazzjoni ta' informazzjoni addizzjonali li ghandha tati stampa aktar kompluta tal-qasam tax-xoghol f'pajjizna. Kieku l-istess surveys saru fi zmien li l-Partit ta' l-Oppozizzjoni kien fil-Gvern xorta kienu se johorgu l-istess diskrepanzi fin-numru ta' dawk qeghda.

Ghaldaqstant, certament li m'hux il-Gvern li qed jipprova jqarraq. Mill-banda l-ohra l-Kap ta' l-Oppozizzjoni bla misthija ta' xejn qed ihalli barra kull riferenza ghad-differenzi fid-definizzjonijiet u fil-metodologija bejn ic-cifri ta' l-ETC u r-rizultati tal-Labour Force Survey biex il-fatti jidhru hekk kif jaqbel lilu. Il-Gvern qed jahdem ghal aktar informazzjoni filwaqt li l-Kap ta' l-Opozzizzjoni jidher li qed jaghmel l-oppost.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow