Left arrow Go Back

DISKORS MILL-ONOR ANTON TABONE SPEAKER TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI, FL-OKKAZJONI TAL-KOMMEMORAZZJONI TAS-"SETTE GIUGNO"

PR853
Date Icon 06/06/2001

MISRAH IL-PALAZZ, IL-BELT VALLETTA, 7 TA' GUNJU 2001

Kull sena niltaqghu hawn, ftit passi biss minn fejn ta hajtu ghal pajjizu wiehed mill-vittmi tas-Sette Giugno. Niltaqghu ahna l-Parlamentari ghaliex bhala l-oghla istituzzjoni tal-pajjiz il-Parlament Malti huwa l-ikbar u l-aqwa eredita' tal-grajjiet li m'ghandhomx jintesew tas-Sette Giugno. Din is-sena l-Parlament taghna qed jiccelebra tmenin sena ta' ezistenza, w huwa verament xieraq illi ilkoll maghqudin flimkien naghtu gieh u nfakkru fl-ikbar grajja nazzjonali tal-ewwel nofs tas-seklu li ghadda. Tmenin sena ta' legislazzjoni maghmula mill-Maltin ghall-Maltin. Ghandna biex inkunu tassew kburin u rikonoxxenti lejn il-vittmi tas-Sette Giugno talli bis-sagrificcju estrem taghhom waqqfu l-pedamenti ghall-bini ta' Nazzjon Sovran u indipendenti ta' Malta.

L-istorja hija bhal sensiela ta' avvenimenti li mill-eqdem zmienijiet iwasslu ghall-prezent. L-istorja kostituzzjonali u politika taghna taghti xhieda ta' avvenimenti maghrufa li ftit ftit ressqu ‘l Malta lejn il-kisbiet ta' llum. Kif qed niccelebraw is-Sette Giugno irrid nirrimarka illi x-xahar ta' Gunju ghandu tifsir kbir ghalina. Insemmi biss zewg grajjiet ohra li jzejjnu l-istorja taghna li t-tnejn graw matul ix-xahar ta' Gunju. Fl-1482, fi zmien medjovali li l-istorici taghna jsejhulu "Zmien it-Tiranni", Malta giet moghtija mir-Re Alfonso V ta' Aragona l-famuza Diploma fl-20 ta' Gunju ta' dik is-sena. Permezz ta' din id-Diploma s-sultan rega gabar lil pajjizna mal-kuruna wara li l-Maltin kienu helsu minn Gonsalvo Monroy. Kien zmien bikri meta' niesna imdejjqin u imxebbghin mill-hruxija tas-sid fewdali li lilu giet mibjugha Malta qamu u ghalenija rribellaw kontrih u baghtuh ‘l barra. Imtaqqlin bit-taxxi u misluhin mill-ftit gid li seta' kellhom batew iktar milli felhu. Izda l-ispirtu nazzjonali taghhom u l-qawwa morali theggeg go fihom kienu bizzejjed biex jissaraw ghal helsien. Ghad li rribellaw is-sultan impressjonat bil-qlubija taghhom tahom il-famuza Diploma li fiha heggighom biex meta' jkunu maghkusin jirreziztu jekk hemm bzonn "manu forte", voldieri anke bl-armi f'idejhom. X'ezempju taw il-Maltin f'dawk iz-zmienijiet tal-qedem! Irridu niftakru li f'dawk iz-zmienijiet il-Maltin ma kellhomx korp rapprezentattiv hlief l-Universita' li kellha membri elettivi izda li s-setghat taghha kienu pjuttost ta' natura municipali milli politika. Mill-ftit li nafu kienu mexxejja mill-poplu kif ukoll mill-Knisja li taw sens nazzjonali lil gensna biex iqum kontra l-hakkiem.

Grajja ohra ta' gieh kbir grat ukoll f'Gunju ta' hafna snin wara. Kien il-15 ta' Gunju tal-1802 meta missirijietna, allura iktar maturi politikament, fasslu d-Dikjarazzjoni tad-Drittijiet li huwa wiehed mid-dokumenti l-iktar gheziez li ghandu biex jiftahar bih pajjizna. Kien zmien meta' l-Maltin wara mijiet ta' snin ta' hakma, mdakkrin minn spirtu liberali li kien qed jigri fl-Ewropa wara r-Rivoluzzjoni Franciza, sabu ruhhom hielsa wara t-tluq tal-Kavalieri. Pajjizhom kien ukoll protagonista fi gwerra qalila fil-Mediterran bejn iz-zewg potenzi kbar ta' dak iz-zmien, l-Ingilterra u Franza. F'dan iz-zmien bikri ghal dawk li huma drittijiet umani l-Maltin imlaqqghin f'Kungress tal-Gzejjer ta' Malta u Ghawdex fasslu dokument li ghandu fih imnizzla drittijiet tal-poplu Malti. Il-fatt li nhass il-bzonn li jitlaqqa korp rapprezentattiv biex ifassal charter tad-dritijiet tal-Maltin mitejn sena ilu jixhed sens bikri ta' demokrazija u spirtu qawwi ta' nazzjonalizmu u patrijottizmu. Ghalina l-Parlamentari ghandu importanza kbira ghax forsi ghall-ewwel darba jissemma korp elettiv li huwa legislattiv u bi dritt li jaghmel tassazzjoni. Anzi dan id-dritt huwa limitat lil dan il-korp biss. Il-Consiglio Popolare, maghmul minn rapprezentanti tal-poplu Malti u Ghawdxi imlaqqghin apposta jistabbilixxi wkoll illi d-dritt tat-tfassil tal-Kostituzzjoni huwa esklusivament tieghu. Dan ifisser illi kienet qed tinholoq assemblea legislattiva u fl-istess hin kostitwenti. Dan kien l-ewwel pass fl-ahhar mitejn sena tal-mixja kostituzzjonali li wasslet ghall-indipendenza ta' pajjizna avolja fil-kuntest tal-mument kienu qed jibdlu hakkiem b'iehor. Is-sena d-diehla dan id-dokument importanti, il-Bill of Rights tal-Maltin, jaghlaq mitejn sena. Ikun xieraq hafna kieku Malta in generali u l-Kamra tad-Deputati in partikulari jiccelebraw kif jixraq dan l-anniversarju importanti. Nahseb li jkun xieraq li nikkwota mill-preambolu ta' din id-dikjarazzjoni biex niftakru fl-aspirazzjonijiet li nebbhu lil missirijietna mitejn sena ilu.

Il-Preambolu jibda hekk:

Ahna l-Membri tal-Kungress tal-Gzejjer ta' Malta u Ghawdex u d-dipendenzi taghhom eletti b'vot hieles, waqt l-Assedju, biex nirrapprezentawhom fil-materja importanti tar-rikonoxximent tad-drittijiet nativi u privilegi (li kienu sa minn zmien il-qedem igawdu l-antenati taghna, li kull meta kienu mhedda xerrdu demmhom biex jergghu jakkwistawhom) u biex jaghmlu kostituzzjoni ta' Gvern, li tassigura lilna u lil ta' warajna ghal dejjem il-barka tal-helsien u d-drittijiet ta' ligi gusta…

Ghalhekk ix-xahar ta' Gunju jhaddan fih avvenimenti importanti. Kien tassew pass ghaqli tal-Awtoritajiet Monetarji li jikkommemoraw dawn it-tliet anniversarji, id-Diploma tar-Re Alfonso, id-Dikjarazzjoni tad-Drittijiet u s-Sette Giugno fuq tliet karti tal-flus li ghandna bhalissa.

Issa billi saret il-konswetudini li f'okkazjoni bhal din issir riferenza hafifa lejn l-andament attwali tal-Parlament taghna f'dan il-kuntest nista nsemmi li matul din il-legislatura li bdiet ghall-ahhar t'Ottubru tal-1998 sa l-ahhar ta' Mejju ta' din is-sena saru 545 seduta parlamentari b'26210 interpellanzi. Il-Kumitati Permanenti tal-Kamra fl-istess perijodu ta' zmien iltaqghu 244 darba. Ghaddew 69 ligi li minnhom 42 ghaddew "nem con" jigifieri bi qbil bejn iz-zewg nahhat tal-Kamra.

Din l-istatistika titkellem waheda. Tikkonferma kemm il-membri parlamentari jinsabu izjed maghqudin milli mifrudin fuq hwejjeg pajjizhom. Mhux ghax in-nuqqas ta' qbil fil-fehmiet huwa fih innifsu ta' hsara anzi huwa l-essenza u s-sustanza f'demokrazija hajja bhal taghna. Hafna drabi izda huwa l-mod kif ma naqblux li jkun suggett ta' hsara u mhux in-nuqqas fil-qbil. Ghalhekk huwa dejjem opportun dak li ssemmi l-Ordni Permanenti numru 60 li jigbed b'qawwa l-attenzjoni li ebda membru ma ghandu juza kliem offensiv jew mhux xieraq kontra l-karattru jew il-proceduri tal-Kamra jew b'riferenza ghal xi membru taghha u li ebda intenzjoni hazina ma ghandha tigi attribwita lil xi membru.

Din l-osservanza tghin twitti t-triq lejn terren komuni bejn Gvern u Opposizzjoni fejn bla pregudizji u bla inibizzjonijiet ikun jista' jsir djalogu effettiv u civili f'kull hin u f'kull livell.

Ma ninsewx li jiddependi minna biex din l-ghola istituzzjoni tal-pajjiz, jigifieri il-parlament tinzamm tabilhaqq fl-ghola livell minn nahha u minn ohra u fl-istaguni kollha. Il-poplu w l-elettorat ikejjel l-gholi ta' dak il-livell u jiggudika.

Il-volum kbir ta'xoghol li ghandu l-ufficju tal-Parlament biex jippubblika ir-rapporti tas-seduti kellu effett li wassal biex investejna f'sistema fejn id-dibattitu jigi rrekordjat b'mod digitali. Dan jippermetti li x-xoghol ta'traskrizzjoni jsir permezz tal-istess kompjuter li qed jintuza mill-edituri u t-tajpisti llum. Ta' min wiehed isemmi li din is-sistema taghti l-facilita' li meta' membru Parlamentari jitlob ghal xi recording ta' diskors, dan ikun jista' jintbaghtlu bl-e-mail. Talba bhal din issir meta' t-traskrizzjoni tad-diskors mitlub tkun ghada ma saritx u l-membru jkollu bzonn urgenti tad-diskors in kwestjoni.

Dan ix-xoghol kollu tal-Kamra jwassalni biex nerga nappella ghall aktar heffa fir-rijorganizzazjoni li ghanda ssir fl-amministrazzjoni ta' l-Ufficju ta' l-Iskrivan tal-Kamra u ghal zieda mehtiega fl-istaff biex dan is-srvizz ikun jista jilhaq u jlahhaq ma l-ezigenzi attwali u futuri w anki biex eventwalment il-Parlament ikun jista jsegwi lill-Ufficcju ta' l-Awditur Generali u dak ta' l-Ombudsman billi jakkwista l-awtonomija shiha tieghu.

Sena ilu habbart li kont tlabt lill-ex-President tar-Repubblika, Dott. Ugo Mifsud Bonnici, biex jaghmel revizjoni ta l-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra bil-ghan li l-proposti ghal din ir-revizjoni iwasslu ghal andament ahjar tax-xoghol tal-Kamra. Fil-31 ta' Jannar ta' din is-sena Dott. Mifsud Bonnici ssottometta rapport bil-proposti tieghu li jiena ghaddejt lill-Onorevoli Membri tal-Kumitat tax-Xoghol tal-Kamra u talbthom jaghtu r-reazzjonijiet taghhom ghal dan ir-rapport. Napprofitta ruhi minn din l-okkazjoni biex nirrignrazzja pubblikament lil Dott. Ugo Mifsud Bonnici li b'dedikazzjoni liema bhala dahal ghall bicca xoghol mhux facli u l-anqas zghira u fi zmien qasir ikkonkluda ir-rapport bil proposti siewja tieghu.

Sena ilu kont semmejt ukoll il-kaz ta' dawk il-Membri Parlamentari li kellhom icedu l-impjieg taghhom mal-Gvern meta gew eletti fil-Parlament u kont habbart li ikkommissjonajt rapport bil-ghan li jinstab rimedju fuq din il-kwistjoni li issa ilha tkarkar is-snin. Dan ir-rapport gie sottomess lili mill-Avukat Joseph Micallef Stafrace, f'Settembru li ghadda. Hawn ukoll irrid niehu l-okkazjoni biex nirringrazzja pubblikament lil Dott. Micallef Stafrace ex Membru Parlamentari u ex Ministru li jien kont tlabtu jaghmel dan ir-rapport. Dan ir-rapport ghaddejtu liz-zewg nahat tal-Kamra ghall-konsiderazzjoni taghhom.

Inkwantu tal-htiega ta' aktar spazju ghad-disposizzjoni tal-Membri fil-bini tal-Parlament, kont tlabt lill-Perit Claude Borg tar-Restoration Unit fil-Ministeru ghall-Ambjent biex jipprezenta il-pjani u l-pjanti li juru l-ahjar mod kif jista jintuza l-ispazju li qabel kien iservi bhala Ufficju tad-Direttorat tal-EU. Il-proposti li ssottometta il-Perit Borg joffru aktar minn ghazla wahda u issa jridu jigu evalwati biex tigi applikata l-ahjar ghazla. Minn hawn nixtieq nirringrazzja lill-Perit Borg ghal kooperazzjoni tieghu.

Fuq livell differenti nixtieq nghid li qed jinghata support morali u konsultattiv lill-istituzzjonijiet edukattivi u ghaqdiet biex jitrawmu zghazagh f'dak li hu l-process demokratiku w l-funzjonijiet tal-ghola istituzzjoni tal-pajjiz. B'dan il-ghan gew organizzati fil Kamra tar-Rapprezentanti seduti simbolici ta' zghazagh u studenti bil-partecipazzjoni ta whud ta Membri Parlamentari miz-zewg nahat tal-Kamra. B'hekk iz-zghazagh qed jinghataw okkazjoni li wara ricerka u thejjija mhux biss jesponu l-idejat taghhom fuq temi ewlenin li qed jiddominaw ix-xena lokali u internazzjonali, imma wkoll biex jitghallmu direttament kif dawn ghandhom jigu diskussi b'mod demokratiku u civili. Ghandi l-pjacir nghid li dan l-ezercizzju issa qed jilhaq medda wiesgha tas-socjeta zghazugha, tant li din is-sena barra li ssoktat is-seduta konklusiva annwali tal-Mini European Assembly tan-National Student Travel Foundation tal-Universita', kellna ghat-tieni darba konsekuttiva il-Parlament tat-Tfal imniedi mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni, kif ukoll inghata bidu ghall-Youth Parlament li gie organizzat mill-Kunsill Nazzjonali taz-Zghazagh. Dan hu ezempju haj tal-importanza li qed tinghata lill-izvilupp shih tal-kapacitajiet taz-zghazagh li f'idejhom ghad tkun it-treggija tal-pajjiz. Ghax mhux bizzejjed li nghidu xjistghu jaghmlu iz-zghazagh fil futur meta u daqstant importanti dak li jistghu jaghmlu iz-zghazagh illum.

Jekk nirritornaw ghall-avvenimenti tas-Sette Giugno naraw kif il-vittmi li taw hajjithom kienu qed jissieltu ghal drittijiet li Malta messha kellha hafna snin qabel. Il-grajjiet imdemmija iffokaw fuq l-ghatx ghal helsien li Malta kienet ilha thoss. In-nuqqas ta' Gvern rapprezentattiv kien ifisser illi l-Maltin u l-Ghawdxin ma kellhomx zbokk ghall-aspirazzjonijiet taghhom. Jekk wiehed janalizza, anke bl-izjed mod hafif, l-avvenimenti li taw lok ghas-Sette Giugno wiehed jinduna li l-qawmien nazzjonali kien wiehed awtentiku u generali ghaliex spontanju u kien qed isir minn oqsma diversi tal-hajja Maltija. L-istudenti, l-haddiema u l-pulizija kienu x'uhud minn dawk li kellhom l-ilmenti taghhom. Izda is-socjeta' in generali kellha ghaliex tipprotesta. L-gholi tal-hajja, specjalment il-prezz tal-hobz setghet kienet ix-xrara li wasslet ghall-ispluzjoni li grat. Izda n-nuqqas generali ta' rapprezentanza f'korp bhal xi Assemblea wasslet ghar-rabja generali li kienet tahkem ‘il-pajjiz kollu. Is-sitwazzjoni ekonomika mwiergha li giebet maghha t-tmiem tal-ewwel gwerra kkontribwiet ukoll ghas-sens generali ta'cahda li hass il-poplu Malti.

Is-sena l-ohra f'din l-istess cerimonja kont accennajt ghall-parti importanti li kellha l-Assemblea Nazzjonali li wasslet biex pajjizna jkollu l-ewwel Parlament tieghu tmenin sena ilu. Ta' min ifakkar illi din l-Assemblea kienet twaqqfet qabel il-grajjiet tas-Sette Giugno. Izda dawn il-grajjiet taw lok b'mod l-izjed drammatiku biex jintlahaq l-ewwel pass importanti fl-istorja kostituzzjonali ta' pajjizna, li wasslitna biex illum kburin li nistghu niddikjaraw ma l-erbat irjieh tad-dinja li "Malta hija repubblika demokratika bbazata fuq ix-xoghol u fuq ir-rispett ghad-drittijiet u libertajiet fundamentali ta'l-individwu." F'l-ahhar irrid pubblikament inrodd hajr lill-membri kollha tal-Parlament Malti ghall-impenn kostanti taghhom u ghas-sagrifici li jghamlu lejn arthom u l-poplu li huma jirrapprezentaw.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow