IL-MALTAPOST TILQA' GHALL-KOMPETIZZJONI
Fid-dawl tal-kompetizzjoni li qed dejjem tikber fir-rigward tas-servizzi postali, hu importanti li l-kumpanija Maltapost tkompli tirriforma ruhha u tiehu inizjattivi godda halli tibqa' tkun entit'? vijabbli u efficjenti u tkun kapaci topera minghajr telf. Ir-rizultati li l-Maltapost kisbet matul is-sena li ghaddiet, fejn ghall-ewwel darba anki rregistrat profitt minghajr ma zdiedu r-rati, jawgura tajjeb ghall-futur.
Dan stqarru l-Ministru ghas-Servizzi Ekonomici Josef Bonnici, meta llum inawgura mill-gdid il-fergha tal-posta li l-Maltapost ghandha f'Birkirkara, wara li f'din il-fergha saru xoghlijiet estensivi ta' rinovazzjoni, bl-iskop li jinholoq ambjent ahjar kemm ghall-haddiema li jahdmu fiha, kif ukoll ghall-pubbliku li juza s-servizzi tal-posta Maltija.
Il-Ministru Bonnici fakkar li kien dan il-Gvern li biddel is-servizz postali f'Malta minn Dipartiment tal-Gvern ghal kumpanija fid-dawl tal-bidliet li bdew isehhu f'kull parti tad-dinja, bl-izvilupp tas-servizzi elettronici bhal fax u l-internet li, bla dubju, hallew effett sinifikanti fuq is-servizzi postali bl-introduzzjoni tal-posta elettronika. Hu qal li dan il-pass wassal kemm biex jibda jkun riformat is-servizz postali f'pajjizna, kif wkoll biex ikomplu jitjiebu l-kundizzjonijiet tax-xoghol tal-haddiema.
Il-Ministru ghas-Servizzi Ekonomici semma li riformi fis-servizzi postali m'humiex isiru biss f'Malta, izda wkoll f'hafna pajjizi ohra, fosthom l-Istati Uniti u fl-Ewropa, fejn il-mira ewlenija hi li jsiru aktar kompetittivi u efficjenti. Semma fost l-ohrajn, li s-servizz postali fil-Germanja beda jkun parzjalment privatizzat, filwaqt li fl-Ingilterra, bdew jinhargu licenzji lil kompetituri potenzjali. Fl-Ewropa qed jinholqu certi alleanzi bejn is-servizzi postali ta' pajjiz u iehor.
Hu qal li dawn huma zviluppi mportanti li l-Maltapost trid issegwihom mill-qrib. Zied li hu ta' sodisfazzjon li wiehed jinnota li anki hemm interessi minn servizzi postali barranin fl-operat tal-Maltapost. Dan juri, kompla l-Ministru Bonnici, li minkejja li ahna pajjiz zghir, hemm possibbilt'? li nkomplu nizviluppaw barra minn xtutna, fejn Malta tista' wkoll tintuza ghall-ghoti ta' servizz fir-regjun tal-Mediterran.
Il-Ministru Bonnici irrifera ghall-inizjattivi li hadet u qed tiehu l-Maltapost biex mhux biss tkompli tipprovdi servizz postali ta' kwalit'? izda wkoll biex issahhah l-operat taghha, permezz ta' servizzi godda fid-dawl ta' l-izviluppi fit-teknologija ta' l-informatika. Dawn jinkludu r-rinovazzjoni tal-ferghat kollha li ghandha l-Maltapost, u l-provvista ta' servizzi godda marbuta mal-posta u li jinkludu servizzi ta' fax, e-mail u aċċess għall-internet.
Semma wkoll l-introduzzjoni ta' kaxxi 'odda ta' l-ittri, il-bdil tal-flotta ta' vetturi u muturi, ix-xiri ta' vending machines 'odda u l-introduzzjoni ta' sistema postali komputerizzata.
Il-Ministru Bonnici wera s-sodisfazzjon tieghu li anki l-efficjenza qed tizdied, minn 54 fil-mija fl-1998, ghal 94 fil-mija llum, li jfisser li minn stharrig li jsir kull tliet xhur jirrizulta li 94 fil-mija ta' l-oggetti postali jitqassmu lokalment fl-istess jum li jkunu mpustati.
Fl-ahharnett, il-Ministru Bonnici awgura li l-Maltapost tkompli thares 'il quddiem u tiehu dawk l-inizjattivi li jghinuha tibqa' tilqa' l-isfidi li ghandha quddiemha.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN