STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-BIEDJA U SAJD: "IL-BIEDJA TIBBENEFIKA BI SHUBIJA FL-UNJONI EWROPEA"
Fin-negozjati ghas-shubija fl-Unjoni Ewropea, il-Gvern ser jinsisti ghall-pakkett specjali dwar il-Biedja.
Dan il-pakkett ser jinkludi dak maghruf bhala Special Supply Measures u bhala Special Support Measures. Dan ser isir bil-ghan li l-bdiewa u r-rahhala taghna jibbenifikaw minn fondi finanzjarja halli jkollhom dhul adekwat, kif ukoll biex il-prezzijiet ta' certi prodotti ghall-komsum lokali, bhac-cereali, zokkor, prodotti tal-laham, prodotti tac-canga, ecc., jinzammu f'livell li l-konsumatur Malti facilment ikun jista` jlahhaq maghhom.
Dan qalu l-Ministru tal-Biedja u Sajd, il-Perit Ninu Zammit b'riferenza ghal stqarrijiet infondati li kontinwament johrog bihom il-kelliem Socjalista, l-Onor. Noel Farrugia. Huwa kompla jghid li skond id-dikjarazzjoni ta' l-Onor Dr. Alfred Sant tad-29 ta' April 1998, bil-politika tieghu ta' Svizzera fil-Mediterran, pajjizna jkollu mportazzjoni bla limitu ta' prodotti agrikoli, bhal bajd u l-halib, bi prezzijiet tant baxxi li l-bdiewa u r-rahhala taghna ma jkunux jistghu jikkompetu maghhom, liema politika ovvjament tfisser il-qerda tas-settur agrikolu!
Il-Ministru tal-Agrikoltura u Sajd temm jghid li l-Onor. Farrugia ghandu pubblikament jistqarr jekk jaqbilx mal-kap tieghu, dwar il-biedja jekk verament irid ikun kredibbli mal-poplu !
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN