IMNIEDI QAFAS LEĠISLATTIV G'?AD-DIVIŻJONI TAL-FAMILJA - QORTI ĊIVILI
"Kull riforma li trid issir u li hi marbuta mat-twaqqif tad-diviżjoni tal-familja trid l-ewwel u qabel kollox tippromwovi l-għaqda tal-familja u soluzzjonijiet bi qbil meta jinqalgħu l-problemi." Dan qalu l-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali, Austin Gatt meta kien qed iniedi l-qafas le'iżlattiv dwar id-Diviżjoni tal-Familja fi ħdan il-Qorti Ċivili.
Il-Ministru Gatt ta ħarsa kronolo'ika lejn il-proċess li sar sa issa f'dan ir-rigward. Huwa qal li d-diskussjoni issa waslet f'punt fejn jistgħu jittieħdu l-aħħar deċiżjonijiet u titlesta r-rotta ċara biex titressaq il-li'i quddiem il-Parlament f'Ottubru li 'ej.
Is-soluzzjonijiet proposti jiffukaw fuq kif il-proċess legali jinbidel f'servizz li jappo''ja l-familja f'dawk il-każijiet fejn hemm diffikultajiet. '?alhekk l-istruttura legali 'dida mhix se tieħu ħsieb każi ta' separazzjoni, iżda kull ħa'a li għandha x'taqsam mal-familja.
Billi l-problemi huma aktar soċjali milli legali, il-Gvern qed jipprepara illi l-proċessi ta` konċiljazzjoni, medjazzjoni u konsulenza jsiru parti ntegrali mill-proċess soċjali u jitmexxew minn esperti mħarr'a f'dawn l-oqsma.
Minħabba l-fatt li l-familja hija l-għerq tas-soċjeta', il-Gvern huwa impenjat li jgħożż, jippromwovi u jsostni lill-familja b'kull mezz possibbli.
Dr. Gatt kompla "li l-iskop ta' l-istrutturi li qed nippromwovu huwa li fl-ewwel lok dawn il-mezzi iservu ta' appo'' biex jgħinu lil individwi jsolvu l-problemi tagħhom huma stess. Imbagħad, jekk għal xi ra'uni l-problemi ma jistgħux jissolvew, għandu jsir kull sforz biex tinstab soluzzjoni bi qbil u mingħajr 'lied. Il-Qrati jidħlu fl-istorja jekk jinstab li jkun impossibbli li jitħaddmu l-ewwel żew' soluzzjonijiet."
Il-Gvern jemmen li sistema ta' Qorti tal-Familja għandha f'fażijiet differenti, tasal biex tieħu ħsieb il-parti l-kbira, jekk mhux l-affarijiet kollha, li għandhom x'jaqsmu mal-familja, mill-adozzjoni għal care orders, mill-vjolenza domestika għall-abbuż tat-tfal.
Il-Ministru Gatt qal li l-Gvern qed jipproponi perspettiva sħiħa. Jekk wieħed iżomm il-perspettiva sħiħa biex isolvi l-problemi tal-familja u jaħseb fi proċess li jista', iżda m'hux bil-fors jasal f'Qorti, il-konklużjoni għandha tkun li sehem social workers u professjonijiet oħra, jorbot daqs il-Ġudikatura.
Sadanittant, il-Ministru Gatt ħabbar li d-Diviżjoni tal-Familja ser tkun fir-Re'istru Pubbliku fi Triq it-Teżorerija.
Preżenti għal din il-konferenza stampa kien hemm is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru għall-Politika Soċjali, Dr. Antoine Mifsud Bonnici.
Kopja tal-White Paper tista' tinkiseb mill-bini amministrattiv tal-Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali, Triq l-Arċisqof, il-Belt Valletta; u s-su''erimenti u l-kummenti jintlaqgħu sa' l-aħħar ta' Ġunju.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN