SILTIET MINN DISKORS LI L-ONOR. FRANCIS ZAMMIT DIMECH, MINISTRU G'?ALL-AMBJENT, G'?AMEL META INAWGURA WIRJA TAL-BONSAI FIL-FLORIANA
Kuxjenza dwar il-ħarsien tas-si'ar
Il-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech qal li l-bonsai hi arti fejn wieħed b'sengħa kbira jkabbar si'ar fiċ-ċokon. B'hekk il-karatteristiċi tas-si'ra, kif tidher meta tkun qed tikber b'mod naturali, joħor'u fiċ-ċokon.
Il-Ministru għall-Ambjent qal li wieħed jista' jaħseb li s-sengħa tal-bonsai hi xi waħda faċli, iżda meta tħares aktar mill-viċin lejn il-ħin u d-dedikazzjoni li d-delettanti ta' din is-sengħa jagħtu, wieħed malajr jinduna li mhux faċli daqskemm jaħseb. Hu qal li meta wieħed jipprova jkabbar si'ar fiċ-ċokon, iżda f'replika ta' kif tidher b'mod naturali, irid ikun jaf il-karatteristiċi tas-si'ra għaliex inkella ma jkunx jista' jkabbaraha kif tidher fin-natural. Hawnhekk wieħed mill-ewwel jara li din is-sengħa fiha nnifisha hi sengħa li ''iegħel li dak li jkun jitgħallem aktar dwar is-si'ar qabel ma jkun jista' jipprattika din is-sengħa.
Il-Ministru Francis Zammit Dimech fakkar li wirja ta' din ix-xorta ghandha valuri edukattivi, ghaliex min jara dawn l-eżemplari tas-si'ar jitgħallem minnhom, aktar u aktar meta jkunu si'ar Maltin. Hu qal li xtaq jieħu l-opportunita' biex jitkellem dwar is-si'ar Maltin. Qal li ħafna kienu jaħsbu li fil-gżejjer Maltin ma jeżistux si'ar indi'eni. Spjega li s-si'ar Maltin magħmula bonsai, mill-ewwel juru li f'Malta jeżistu s-si'ar tagħna. Qal li dan kien pass importanti biex titqajjem kuxjenza favur is-si'ar Maltin.
Il-Ministru għall-Ambjent qal li s-si'ar Maltin huma adattati għall-ambjent Malti iżda sfortunatament ma tantx huma apprezzati. Hu nnota li bil-mod il-mod kienet qed titqajjem kuxjenza qawwija favur dan il-wirt naturali. Semma li ftit tas-snin ilu kellu l-opportunita' jiftaħ seminar dwar l-użu u l-importanza tas-si'ar Maltin fejn l-attendenza kienet waħda inkora''anti u l-firxa tal-parteċipanti kienet tinkludi ħafna oqsma tas-socjeta' Maltija. It-tagħrif li ħare' minn dan is-seminar in'abar u kien ipubblikat fi ktejjeb. Dan wassal biex rappreżentanti mis-setturi kollha li attendew għal dan is-seminar waqqfu kumitat li ddiskuta, u qabel ma' abbozz ta' regolamenti dwar il-ħarsien tas-si'ar li 'ew ippubblikati ftit tax-xhur ilu.
Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li dawn ir-regolamenti kienu msejsa fuq hames skedi u kienu jikkontrollaw attivitajiet li jagħmlu ħsara lis-si'ar imħarsa, kif ukoll jitolbu permessi għal qlugħ ta' sigar l-aktar rari. Dawn ir-regolamenti, li saru bi ftehim mal-Ministru ta' l-Agrikoltura u Sajd, minbarra li jħarsu s-si'ar Maltin, li wħud minnhom kważi għebu għal kollox, huma maħsuba wkoll biex iqajjmu kuxjenza pubblika favur il-wirt naturali Malti, u biex iservu wkoll bħala mezz ta' tagħlim dwar dan il-wirt.
Il-Ministru għall-Ambjent qal li wirjiet bħal din li kien qed jinawgura ikomplu jibnu fuq il-ħtie'a tal-ħarsien u l-apprezzament tas-si'ar li jsebbħu aktar lil pajjiżna. Din it-talba għal aktar tagħrif korrett dwar is-si'ar titlob li ma' kull eżemplari li jiddaħħal għall-wirja jkun hemm l-isem xjentifiku, l-isem bil-Malti jekk għandna, u anke l-isem bl-Ingliż, minħabba l-fatt li hemm min hu aktar familjari ma' l-isem Ingliz u hekk isir jaf dak Malti jew viċi versa. Il-Ministru Zammit Dimech qal li kien ikun tajjeb li kieku ma' eżemplari ji'i miżjud tagħrif dwar l-ispeċi tas-si'ra, speċjalment jekk din tkun si'ra Maltija, hijiex imħarsa mil-li'i u xi tagħrif qasir dwarha. Hu qal li kien f'dan ir-rigward li l-Ministu għall-Ambjent, permezz tad-Dipartiment għall-'?arsien ta' l-Ambjent, jista' jagħti daqqa t'id.
Il-Ministru Francis Zammit Dimech irringrazzja lill-organizatturi għall-inizjattiva tagħhom. Qal li wirja bħal din turi s-sengħa ta' dawk li għandhom għal qalbhom din l-arti tal-bonsai. Fakkar li din il-wirja hi ukoll mezz ta' edukazzjoni li jwassal biex jinfirex aktar it-tagħrif dwar il-wirt naturali ta' pajjiżna. Li kien misluf lilna minn dawk li 'ejjin warajna.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN